Wednesday, October 16, 2024

Hoeness jirrifjuta offerta ta’ Man Utd

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Stuttgart, Sebastian Hoeness, irrifjuta offerta ta’ Manchester United matul ix-xhur tas-sajf hekk kif id-diriġenti tar-Red Devils bdew jipperswaduh jingħaqad magħhom minflok Erik Ten Hag.

Madankollu dan tal-aħħar baqa’ fit-tmun b’Hoeness li għalkemm kien onorat bl-interess li urew it-tim minn Old Trafford, hu pprefera jibqa’ ma’ dan it-tim Ġermaniż. Hu għandu kuntratt sa Ġunju 2027 magħhom fejn it-tama hu li jagħmilhom tim prestiġġjuż fil-Bundesliga.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport