Tuesday, December 24, 2024

“Ħolma kerha”; Għexieren ta’ klieb jinstabu mejtin abbord titjira fil-Kanada; Mijiet oħrajn fi stat ta’ saħħa ħażin

Aqra wkoll

Il-Pulizija Kanadiża nidiet investigazzjoni wara li sabet madwar 500 ġeru – 38 minnhom mejtin – abbord titjira li telqet mill-Ukrajna u waslet fl-ajruport ta’ Toronto.

Il-klieb, tar-razza French bulldogs – razza popolari ferm fil-Kanada – kienu qed isofru sintomi ta’ deitratazzjoni severa.

Intant uffiċjali Kanadiżi qalu li t-titjira mill-Ukrajna waslet il-Kanada fit-13 ta’ Ġunju li għadda.

Uffiċjal mill-Aġenzjija Kanadiża għall-Ispezzjoni tal-Ikel iddeskriva x-xena li assistew għaliha bħala “ħolma kerha”.

L-Aġenzija se tkun qed tiddetermina l-passi li għandhom jittieħdu ladarba l-investigazzjoni tkun kompluta.

Ekonomija

Sport