Friday, December 13, 2024

Hong Kong se jkun qiegħed jittestja l-popolazzjoni kollha għall-Covid-19

Aqra wkoll

Il-gvern ta’ Hong Kong ħareġ ordni li kull ċittadin, 7.5 miljun persuna, irid jagħmel test mandatorju bil-għan li jiġu miġġielda n-numri dejjem jiżdiedu ta’ każijiet ta’ Covid-19.

Il-kap Eżekuttiv Carrie Lam qalet li r-residenti kollha tal-belt iridu ta’ bilfors jagħmlu tliet rawnds ta’ testijiet, liema testijiet se jibdew minn nofs Marzu li ġej. Apparti hekk, l-awtoritajiet tal-belt ħadu wkoll id-deċiżjoni li l-iskejjel jaqgħlu kmieni għall-vaganzi tas-sajf. 

Dan it-territorju qiegħed jagħmel minn kollox biex jimxi mal-politika Ċiniża ta’ “żero Covid”, iżda minħabba li l-varjant Omicron huwa wieħed li jinfirex malajr ħafna dan qiegħed ipoġġi pressjoni kbira fuq l-isptarijiet u s-sistemi ta’ ttestjar. 

Filwaqt li partijiet oħrajn tad-dinja qegħdin jitgħallmu jgħixu b’din il-marda, iċ-Ċina imbarkat fuq missjoni li teqred din l-infezzjoni b’testijiet bikrin, contact tracing dettaljat, miżuri stretti ta’ kwarantina u anke restrizzjonijiet stretti fuq l-ivvjaġġar. 

Ekonomija

Sport