Hopleaf, waħda mill-iżjed marki tal-birra ikoniċi ta’ Malta, biddlet id-dehra viżiva tagħha b’disinn li jkompli jorbot mal-legat twil tat-tisjir tal-birra li hi kburija bih, u li jkompli jispira ġenerazzjoni ġdida ta’ ammiraturi tal-birra. Bl-identità aġġornata tagħha għandha tappella aktar liż-żgħażagħ, il-Maltin ta’ barra, u t-turisti li jfittxu birra ale bi stil Brittaniku u b’għeruq profondi Maltin.
Il-Hopleaf ġiet introdotta f’Malta fl-1875 minn H & G Simonds – birrerija rinomata r-Renju Unit – u ma damitx ma qabdet fost il-Forzi Rjali Brittaniċi stazzjonati f’Malta. L-emblema popolari tagħha, bil-werqa ħamra tax-xitla tal-hop, xterdet mal-uffiċjali militari u l-pubs madwar l-Imperu u saret simbolu globali ta’ ale ta’ kwalità.
Fl-1929 is-sħubija ta’ H & G Simonds u l-operati tal-birra tal-familja Farrugia sarrfet fil-pedamenti ta’ dak li llum hu Simonds Farsons Cisk plc, u saħħet ir-rwol ewlieni tal-Hopleaf fil-kultura tal-birra Maltija. Sa nofs is-seklu 20, il-Hopleaf Pale Ale kienet birra dominanti fis-suq lokali imbagħad, maż-żmien, il-konsumaturi bdew jippreferu aktar il-lagers. Illum il-Hopleaf qed terġa’ tieħu postha ’l quddiem fix-xena tal-birra f’Malta.
“Bis-saħħa tar-rebranding frisk u l-enfasi tagħna fuq il-kwalità u t-tradizzjoni, il-Hopleaf qed tħaddan il-kapitlu li jmiss tagħha,” qal Karl Bondin, il-Kap tat-Taqsima tal-Bejgħ u r-Reklamar. “Qed nerġgħu norbtu mal-wirt tal-marka kummerċjali, waqt li nistiednu ġenerazzjoni ġdida biex hi wkoll tgħolli tazza ħalli l-istorja nżommuha ħajja.”
Id-dehra viżiva l-ġdida introduċiet ukoll ippakkjar iżjed nadif u modern li jinkludi l-marka ikonika tal-werqa ħamra tal-hop – simbolu li jagħrfuh mill-ewwel il-ġenerazzjonijiet ta’ ammiraturi tal-birra.
Il-Hopleaf Session Pale Ale ssibha madwar Malta fi fliexken tal-ħġieġ ta’ 25ċl li jinġabru, u f’laned ta’ 50ċl.