Thursday, September 19, 2024

Houssem Aouar jiċħad li jista’ jħalli lil Lyon

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Lyon Houssem Aouar tkellem dwar il-prospett li jingħaqad ma’ Arsenal wara xhur ta’ spekulazzjoni.

Il-Gunners kienu ħerqana li jiksbu ftehim għall-internazzjonali ta’ Franza b’dehra waħda fis-sajf tal-2020 qabel ma reġgħu ħeġġew l-interess tagħhom fih fl-iktar tieqa ta’ trasferiment riċenti.

Madankollu, Arsenal fl-aħħar spiċċaw iffirmaw mill-ġdid lil Martin Odegaard fuq bażi permanenti mingħand Real Madrid, u Aouar issa ċaħad li jsita’ jħalli lil Lyon.

Aouar qal: “Bħala xi ħadd li hu minn Lyon, li nkun nista’ nilgħab fiċ-Champions League f’dan il-ground hija xi ħaġa li nixtieq li nista’ nagħmel mill-ġdid – dan kollu jiddependi milli niksbu l-kwalifikazzjoni f’dan l-istaġun.

“Imbagħad nixtieq nirbaħ trofew, għax dak hu l-iktar xi ħaġa nieqsa għalija f’dan il-club. Jiena kkonċentrat għal kollox fuq Lyon. Li nerġa’ nilgħab fiċ-Champions League mal-club ta’ twelidi huwa objettiv u ħolma tiegħi. “

Aouar lagħab kull minuta tal-istaġun tal-Ligue 1 2021-22 ta’ Lyon s’issa u pprovda assist wieħed fir-rebħa ta’ 3-1 tal-Ħadd kontra Strasbourg.

Sport