Sunday, October 27, 2024

Ħruġ ta’ żejt qrib il-Perù jikkawża diżastru ekoloġiku

Aqra wkoll

Ħruġ ta’ żejt li seħħ ftit ’il barra mill-kosta ta’ Perù ġie deskritt mill-awtoritajiet bħala “diżastru eko­loġiku”. Hu mifhum li iktar minn 6,000 barmil żejt spiċċaw fil-baħar wara li tanker tar-raffinerija ta’ La Pamilla ntlaqat minn mewġ qawwi li żviluppa wara l-iżbroff tal-vulkan qrib Tonga. 

Hekk kif seħħ il-każ l-awtorita­jiet immedjatament għalqu tliet bajjiet u qalu li kien hemm numru ta’ ħlejjaq li tilfu ħajjithom kawża ta’ dan iż-żejt. Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin f’kummenti li ta lill-midja qal li dan kien l-agħar diżastru ekoloġiku li seħħ madwar Lima f’dawn l-aħħar snin u kawża tiegħu l-għejxien ta’ mijiet ta’ familji li mhedded. Huwa qal li l-kumpanija Repsol, li topera r-raffinerija, għandha tagħti kumpens xieraq lil dawk li qed ibatu kawża ta’ dan l-inċident. 

Min-naħa tagħha, il-kum­panija ċaħdet li hi kienet responsabbli għal dan il-ħruġ ta’ żejt u l-uffiċjali tal-kumpanija qalu li l-ħruġ kien wieħed “limitat”. Uffiċjal li tkellmet mal-midja qalet li, “aħna ma kkawżajniex dan id-diżastru ekoloġiku u ma nistgħux ngħidu min kien responsabbli.”

Sport