Saturday, December 28, 2024

HSBC Malta jappoġġja l-innovazzjoni fl-edukazzjoni

Aqra wkoll

Il-Bank HSBC Malta qed jappoġġja inizjattiva li qed titħarreġ bi prova lil Seppo, għodda edukattiva Finlandiża li tgħin lill-edukaturi jgħallmu permezz tal-logħob. Il-proġett pilota f’Malta beda x-xahar li għadda permezz ta’ webinar introduttorju u involva 15-il edukatur li għalihom HSBC xtara l-liċenzja.

Il-webinar introduttorju kien organizzat minn Dr Kenneth Vella, Ambaxxatur għall-Finlandja u l-Estonja u Kap tal-Iskola Mater Boni Consilii San Ġużepp, Raħal Ġdid u appoġġjat mill-Bank HSBC Malta u ċ-Ċentru għall-Edukazzjoni u r-Riċerka Ambjentali (CEER), l-Università ta’ Malta. Kien fih ukoll kontribuzzjonijiet minn edukaturi Maltin li diġà għamlu użu minn dan is-software. L-għodda, tippermetti l-integrazzjoni tal-gamifikazzjoni fil-pedagoġija u l-metodoloġija tat-tagħlim.

Glenn Bugeja, Maniġer tas-Sostenibbiltà Korporattiva ma’ HSBC Malta, qal: “HSBC Malta qed tappoġġja dan il-proġett pilota għaliex nifhmu l-importanza li nsibu modi ġodda biex nagħtu lit-tfal il-ħiliet li jkollhom bżonn matul ħajjithom. Din hija għodda tajba li tagħti lill-edukaturi l-abbiltà li joħolqu lezzjonijiet li jgħaqqdu l-kreattività, il-kollaborazzjoni, u l-użu ta’ ħiliet u għarfien. Nemmnu li l-webinar kien kapaċi jipprovdi għarfien importanti u utli għall-edukaturi u nistennew bil-ħerqa li naraw riżultati pożittivi minn dan il-proġett pilota.”

Il-webinar ġie introdott minn Dr Kenneth Vella u kien jinkludi preżentazzjonijiet minn Santeri Jakkola, espert edukattiv Finlandiż; Stephanie Saliba, għalliema tal-iskola Mater Boni Consilii, San Ġużepp; Matthew Naudi, edukatur minn Whiz Adventure u Riku Alkio, Kap Eżekuttiv ta’ Seppo fil-Finlandja. Il-webinar ġie konkluż minn Glenn Bugeja.

Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jikkuntattja lil Dr Kenneth Vella fuq l-imejl [email protected].

Ekonomija

Sport