Sunday, December 22, 2024

“Ħsibt li l-kanċer tas-sider kien komuni fin-nisa sakemm ma laqat lili”

Ingliż li kellu l-kanċer tas-sider joħloq aktar għarfien dwar din il-marda

Aqra wkoll

Minn żmien għal żmien isiru kampanji ta’ għarfien dwar diversi kundizzjonijiet u l-bżonn li wieħed jittestja lilu nnifsu kif ukoll li jżomm ruħu attiv u san kemm jista’ jkun. Matul dan ix-xahar jispikkaw il-kampanji ta’ għarfien dwar il-kanċer tas-sider.

F’intervista li kellu mal-midja internazzjonali, Ingliż mil-Londra qal li għall-bidu kien jaħseb li dan it-tip ta’ kanċer jista’ jaqbad lin-nisa biss, iżda din il-fehma nbidlet mil-lejl għan-nhar hekk kif sar jaf li sabulu kanċer f’sidru.

Dough Harper, ta’ 61 sena u missier ta’ ħamest itfal, irrakkonta kif huwa ntlaqat minn din il-marda fl-2012. Huwa qal li qed jaqsam l-istorja tiegħu f’dan ix-xahar tal-għarfien sabiex iġib lin-nies konxji li l-kanċer tas-sider jista’ jolqot lil kulħadd.
Harper żied jgħid: “Ħajti kollha kont nibża’ li jkolli l-kanċer. Infatti, meta kien ikun hemm xi riklam fuq it-televiżjoni, kont naqleb l-istazzjon ħalli ma nara u nisma’ xejn. Sa jum jew tnejn qabel ma sirt naf li għandi l-kanċer, kienu għadhom kemm qalu li hu rarissmu li jinstab fl-irġiel”.

Minkejja li dan it-tip ta’ kanċer fl-irġiel huwa rari, ir-Renju Unit jirreġistra madwar 400 każ ġdid kull sena. Barra minn hekk, fl-istess pajjiż, madwar 85 persuni ta’ sess maskili jmutu kull sena b’din il-marda, b’81% minnhom ikollhom ‘il fuq minn 65 sena.

Ekonomija

Sport