Saturday, December 21, 2024

ĦTIEĠA LI NRAŻŻNU L-PROBLEMI TA’ SAĦĦA MENTALI

Aqra wkoll

Madwar id-dinja kollha, illum, l-10 ta’ Ottubru qed jiġi ċċelebrat il-jum iddedikat lis-saħħa mentali. L-għan ewlieni wara dan il-jum huwa li jżid aktar l-għarfien dwar kwistjonijiet relatati mas-saħħa mentali u jintensifikaw aktar l-isforzi biex ikun hemm appoġġ akbar għal min jista’ jkun milqut minn din il-problema.

Dan il-jum ukoll jipprovdi opportunità għall-entitajiet u organizazzjonijiet li jaħdmu f’dan il-qasam biex jitkellmu b’mod miftuħ dwar dak li fil-fehma tagħhom jeħtieġ isir biex ċertu realtajiet li għadhom prevalenti f is-soċjetà tagħna jiġu indirizzati u b’hekk ikunu megħjuna aktar nies li għaddejjin minn problemi ta’ saħħa mentali.

Riċentament mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika wriet kif il-popolazzjoni f’Malta s-sena li għaddiet kienet tlaħħaq il-563,443 persuna. Dan ifisser żieda ta’ 3.9% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Din iż-żieda fil-popolazzjoni bla dubju ġabet magħha sfidi ġodda u li qabel ma kinux jeżistu.

Fost dawn il-pressjoni fuq l-infrastruttura u ssistemi l-oħra kollha nkluż dak tassaħħa, tal-edukazzjoni u l-qasam soċjali. Madankollu, aspett ieħor li jista’ jkun qed jiġi injorat huwa dak demografiku. Bħal kważi l-pajjiżi kollha fil-kontinent Ewropew, il-popoIrridu qabel xejn nifhmu li s-saħħa mentali hija problema li ma tagħraf ebda fruntieri u lazz joni Maltija qed tixjieħ b’rata aktar mgħaġġla mit-twelidijiet.

Dan il-fattur, jekk mhux illum, fil-ġejjieni qarib se jħalli konsegwenzi serji fuq is-soċjetà Maltija u l-benesseri tagħ ha. Ma nistgħux ukoll ma nsemmux kif statistika tal-Eurostat kienet uriet li Malta għandha l-inqas ta’ fertilità fl-UE.

Dan ifisser ukoll li fil-futur mhux imbiegħed, jekk ir-rata ta’ fertilità se tibqa’ baxxa ħafna kif inhi f’pajjiżna, limkien mal-fatt li n-nies qed jgħixu aktar, jista’ jkun hawn aktar anzjani milli ħaddiema biex isostnu t-tkabbir tal-ġid nazzjonali u l-firxa wiesa ta’ benefiċċji soċjali.

Iż-żieda fil-popolazzjoni fil-parti l-kbira tagħha hija fil-konsegwenza tat-tkabbir ekonomiku mgħaġġel li ilu jesperjenza pajjiżna. Biex jiġi assigurat li ma jitħallhiex jidħol kulħadd partikolarment minn pajjiżi terzi, il-ħaddiema li se jinġiebu jrid ikollhom prova tal-ħiliet tagħhom fosthom l-iskill card.

Huwa kollu minnu li l-isfidi ħafna drabi jiddawru f’opportunitajiet imma għandna għax nifhmu li dan mhux biżżejjed imma jeħtieġ li ssir aktar ħidma biex pajjiżna jkampa tista’ tolqot lil kulħadd anki bla mistenni u f’xi drabi l-konsegwenzi jistgħu jkunu serji ħafna.

Minkejja li llum kiber ħafna l-għarfien dwar ilħtieġa li titħares is-saħħa mentali, b’danakollu nemmnu li qatt ma huwa biużżejjed u xorta waħda għad baqa’ xi jsir biex tassew jintlaħqu aktar nies u jekk ma tkunx eliminata, almenu tittaffa ħafna l-problema li jistgħu jkunu għaddejjin minnha

Huwa importanti wkoll li titħares is-saħħa mentali tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol. Imma kif dan għandu jsir? Huwa kruċjali illi ħaddiem li jkollu xi problema, jitkellem u ma jżommx kollox ġo fih. B’dan il-mod, min iħaddmu jkun jista’ jieħu azzjoni u jipprovdi l-għajnuna kollha meħtieġa inkluż b’assistenza mingħand professjonisti.

Il-faċilitajiet qegħdin hemm u għandhom jiġu maż-żieda f il-popolazzjoni u dan fil-kuntest li pajjiżna huwa wieħed mill-aktar popolati għad-daqs tie għu. Fil-kuntest ta’ dan kollu, nemmnu li jeħtieġu aktar pjanijiet immirati It-Tnejn 22 ta’ Lulju 2024 | 9 użati meta u kif meħtieġ.

Din it-tema minn dejjem kienet fuq l-aġenda tal-General Workers’ Union, fejn bħala trejdunjin minbarra li toffri servizz ta’ għajnuna għall-problemi ta’ saħħa mentali lil kull membru, tieħu ħsieb li tippromwovi s-saħħa mentali fuq kull post tax-xogħol, fosthom anke meta tiġi biex tinnegozja ftehim kollettiv.

Madanakollu, illum il-ġurnata għadna naraw ċirkostanzi fejn jinkitbu frażijiet fuq il-midja soċjali li ma jagħmlu xejn għajr ikattru l-istigma fuq dawk li jkunu għaddejjin minn xi kundizzjoni ta’ saħħa mentali.

Għalhekk jeħtieġ li kulħadd jifhem li l-midja soċjali għandha tintuża b’mod tajjeb u xieraq sabiex, flok inkattru d-dannu u l-istigma, inrażżnu kemm jista’ jkun il-problemi relatati mas-saħħa mentali.

Ekonomija

Sport