Wednesday, July 24, 2024

Ingħataw għal-ewwel darba f’Għawdex ċertifikati ta’ ubbidjenza għall-imġiba tal-pet

Aqra wkoll

Minn – JOE GRECH

Il-kelb huma annimal komun li spiss ikun imrobbija fi djarna minn nies bħal annimal domestiku, huwa ukoll l-aktar annimal fidil lejn sidu, għalhekk jistħokilhom li jigu trattati mil-aħjar li nistgħu. L-inħabba li kelb ikollu lejn sidu hi parti min-natura tiegħu  u tista’ tkun ir-raġuni għalfejn dawn l-annimali fidili saru parti importanti mill-ħajja tal-bniedem.   

Mhuwiex biżżejjed li nitemgħu u noħorġuhom lil dan il-pet għal xi mixja biss, izda għandhom bżonn ħafna aktar min hekk. Għall-ewwell darba nhar is-Sibt filgħodu fil-parkeġġ tar-Rabat Għawdex kien hemm ċeremonja qasira fejn xi sidien tal-klieb irċivew ċertifikat tal-pet tagħhom ta’ ubbidjenza għall-imġiba tajba mingħand Donald Cutajar li għandu esperjenza u kwalifikat f’dan il-qasam tat-training tal-klieb għal aktar min 30 sena, infatti f’Malta imexxi id-Dog Training Pro. Malta. 

F’Għawdex dan-l-aħħar beda jorganizzaw home visit skond il-bzonn tad-dilettanti tal-klieb, fejn it-taħriġ għal dan il-pet jvarjaw min taħriġ ta’ ubbidjenza, konsulenza dwar l-imġiba għal klieb bi kwistjonijiet ta’ mġieba u servizzi oħra minn taħriġ sportiv, ring training u oħrajn

Ekonomija

Sport