Il-lettur Michael Grech ikkummenta dwar id-diskussjoni imnedija mill-Istat u qal li hu ċar li d-deċiżjoni hi diġà meħuda u maħbuża.
F’kumment li għadda qal li “dan mhux kumment dwar jekk l-ewtanasja, jew is-suwicċdju assisstit, humiex skonti moralment permissibli u jew għandux ikun legali. Hu kumment dwar id-‘diskussjoni’ mnedija mill-Istat. Għax hu ċar li dan hu eżerċizzju fejn id-deċiżjoni – tajba jew ħażina mhux se nidħol fiha, u lanqas ser nikkummenta fuq xi kumment li juri li ma fehemx dak li ghidt – hi diġà mehuda u maħbuża.
Dan jidher ċar f’bosta affarijiet, ngħidu aħna l-ispots televiżivi ppreżentanti minn żewġ figuri tal-cardboard, li jitkellmu fuq suġġett bħal dan bħallikieku qed jitkellmu fuq l-iskeda tal-Ħarifa, u l-motivazzjonijiet li jirreferu huma t-tnejn minn naħa waħda. Għal darba oħra, naqbel jew ma naqbilx – imma għalfejn din il-farsa? Illeġiżla u min ma jaqbilx jagħmel referendum abrogattiv jekk irid.”