Thursday, October 17, 2024

Ħu Donald Trump imut fi sptar f’New York

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-President Donald Trump sellem il-memorja ta’ “l-akbar ħabib”; ħuh iż-żgħir li miet fl-età ta’ 71 sena.

Huwa ħabbar li ħuh Robert miet ilbieraħ filgħaxija fi spear fi New York. Għalkemm skont diversi rapporti fil-midja Amerikana jidher li hu kien marid serjament, għadu mhux magħruf x’wassal għall-mewt tiegħu.

Iben il-President Amerikan iddeskriva lil zijuh bħala persuna inkredibbli, b’saħħtu, b’qalb tajba u leali. Saħaq li l-familja kollha se tkun qed tħoss in-nuqqas tiegħu.

Robert kien l-iżgħar fost il-ħames ulied ta’ Fred u Mary Anne Trump. Huwa twieled sentejn wara l-President Amerikan Donald Trump.

Sport