Saturday, November 23, 2024

“Ħu ħsibna speċjalment lill-familja tiegħek”; Ian Camilleri huwa l-vittma tal-inċident tat-traffiku ta’ dan il-lejl

Aqra wkoll

Ian Camilleri huwa s-sewwieq tal-mutur li miet wara li kien involut f’inċident tat-traffiku dan il-lejl.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsillejl u għaxra – 00.10 a.m. – bejn erba’ vetturi fi Triq Dun Mikiel Anton Vassalli, f’San Ġiljan.

F’kumment fuq il-midja soċjali ħabib ta’ Ian ikkummenta: “Ħallejtni bla kliem dalgħodu ħabib, Strieħ fis-Sliem u ħu ħsibna speċjalment lill-familja tiegħek, inħobbok ħabib”

Ħabib ieħor qal, “Jien kont wieħed minn tal-ewwel li ħadt l-aħbar ħażina dalgħodu!! Ixxokkjajt ruħi bit-telfa ta’ ħabib ta’ veru bħalek Ian, kellek karattru uniku.”

Ian kellu 39 sena u kien residenti Birkirkara.

Sport