Sunday, December 22, 2024

Hubert Camilleri l-iktar sewwieq veloċi tal-aħħar rawnd tal-Hillclimb għal din is-sena

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

It-Tlieta, 13 ta’ Diċembru, Island Car Club organizza t-tmien u l-aħħar round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb għal din is-sena fl-Imtaħleb limiti tar-Rabat. Hubert Camilleri kien l-aktar sewwieq veloċi tal-ġurnata, u b’hekk rebaħ r-round, w il-Kampjonat għall-erbatax il darba.

Hubert Camilleri, l-iktar sewwieq veloċi

Terence Vella u Nicky Gauci qasmu l-podju ma’ Hubert Camilleri fit-tieni u t-tielet post, rispettivament. Għal Gauci, dan kien l-ewwel podju f’rawnd ta’ Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb. Gauci huwa sewwieq veteran tal-karting li rrappreżenta lil Malta barra minn xtutna diversi drabi. Minbarra li kklassifika fit-tielet post, Gauci kien ukoll l-aktar sewwieq veloċi taħt il-25 sena.

Charles Cutajar, Roberto Gauci, Stefanie Calleja, Chris Aquilina, Roswell Bugeja, Konrad Abela, Amadeo Dingli u s-sewwieq veteran tal Hillclimb u Ċirkwit Joe Anastasi rebħu l-kategoriji rispettivi tagħhom.

Hubert Camilleri rritorna wara disa’ snin u f’7, minn 8 rounds ġabar biżżejjed punti biex jirbaħ il-kampjonat. Qabel ma Camilleri waqaf mis-sewqan għal disa’ snin, kien diġà rebaħ il-kampjonat 13-il darba. Fiż-żmien li Camilleri ma saqx kien qed jkun ta sostenn għal uliedu Kurt u Keith Camilleri, fejn Keith rebaħ il-kampjonat erba’ darbiet u Kurt darba.

Matul dan il-kampjonat, Hubert Camilleri rebaħ 5 rounds, ġie t-tieni wara Terence Vella fil-Ġnejna, u r-rawnd l-ieħor, ma kiseb l-ebda punt wara li laqat chicane.

Josef Abela kien Clerk of the Course, Ruben Hili kien Steward, u Joe Formosa kien it-timekeeper.

Ekonomija

Sport