Sunday, November 24, 2024

Hubert Camilleri ma jidiżappuntax fir-ritorn tiegħu fil-Hillclimb

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Nhar il-Ħadd, 10 ta’ April Island, Car Club organizza t-tieni round ta’ England Insurance, MeDirect Bank Malta, The Point, Transport Malta National Hillclimb Championship fil-Ġnejna.

F’dan ir-rawnd rajna r-ritorn tas sewwieq Hubert Camilleri li fil-passat rebaħ 12-il darba dan il-kampjonat nazzjonali. Camilleri ma ddiżappuntax lil dawk li segwew lilu u lit-tim Camilleri Racing li, fin-nuqqas tiegħu f’dawn l-aħħar disa’ snin, rajna lill-uliedu Kurt u Keith Camilleri, champions nazzjonali huma stess, billi rebaħ dan ir-rawnd. Camilleri saq l-istess Radical li fiha s-sena l-oħra ibnu Kurt Camilleri rebaħ il-Kampjonat. Fit-tieni post spiċċa Terence Vella, u Mark Micallef fit-tielet post.

Didier Bugeja fuq Peugeot 106 kien l-aktar sewwieq veloċi fuq karozza front wheel drive, Edward Calleja, permezz tal-Lotus spiċċa l-aktar sewwieq veloċi fuq karozza rear wheel drive, u Roberto Gauci l-aktar sewwieq veloċi fost il-karozzi klassiċi permezz tal-Mini tiegħu.

Stephanie Calleja kienet l-aktar sewwieq mara veloċi, Isaac Decelis l-aktar veloċi fost il-karozzi tat-triq u Isaac Burlo l-iktar sewwieq veloċi taħt il-25 sena.

Josef Abela mexxa dan it-2 round bħala Clerk of Course, Jeremy Cassar bħala assistant ta Abela, William England bħala Steward, Joe Formosa bħala Timekeeper, Gilbert Abela u Charles Dingli Scrutineers, u Susanne Fenech, segretarja tal-avveniment.

It-tielet round se jirritorna fl-Imtaħleb fit-8 ta’ Mejju.

Sport