Saturday, October 26, 2024

ĦUDU ĦSIEB… IR-RIĦ MISTENNI LI JITQAWWA GĦAL FORZA 9

Aqra wkoll

Rapport tat-temp qegħdin jgħidu li fil-ħin li ġej ir-riħ se jkun qiegħed jitqawwa għal Forza 8/9 mill-Majjistral u għalhekk hemm diversi twissijiet biex kulħadd jieħu ħsieb.

Matul il-ħin li ġej jista’ jkun hemm ħalbiet tax-xita iżolati, iżda mhux qawwija u li jdumu fit-tul.

Għalhekk wieħed għandu dejjem jevita li jipparkja l-karozzi taħt is-siġar matul is-sigħat li ġejjin sa għada filgħodu minħabba li faċli li jitqaċċtu xi siġar.

Wieħed dejjem għandu juża l-prudenza u ma jmurx f’żoni fejn jolqot l-aktar ir-riħ minħabba xi periklu.

Jekk għandkom affarijiet mhux marbutin sew speċjalment fuq il-bjut, l-aħjar li dawn jintrabtu b’mod tajjeb. Avviżi oħrajn qegħdin jgħidu biex kemm jista’ jkun kulħadd jevita li jipparkja taħt bini li għadu qed jinbena jew inkella b’xi mod suspettuż li jista’ jaqa xi ġebel minnu.

Dan hu riħ normali għal dan iż-żmien tas-sena, u għalkemm wieħed għandu jieħu l-prekawzjonijiet kollha, ma hemmx bżonn li wieħed jallarma ruħu.

Artiklu preċedenti
Tmiem il-ġimgħa ta’ suċċess għal Jurgen Balzan fi Vjenna
Artiklu li jmiss

Sport