Tliet timijiet Ingliżi jridu jiksbu s-servizzi tal-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Eintracht Frankfurt Hugo Larsson. Fil-fatt, Arsenal, Liverpool u Manchester United qed jittamaw li jingħaqad magħhom tul is-sajf li ġej.
Larsson għandu 20 sena u diġa’ deher 30 darba bil-flokk tal-klabb Ġermaniż tul dan l-istaġun. Hu skorja erba’ gowls u pprovda assist wieħed.
Minkejja kollox, Eintracht Frankfurt mhux lesti li jċedu lil dan il-plejer li jqisuh bħala fundamentali partikolarment f’dipartiment tant importanti bħala hu nofs il-grawnd.