Lazio mhux se jiffirmaw lill-goalkeeper ta’ Tottenham, Hugo Lloris, minħabba li laħqu ftehim ma’ Salernitana għall-goalkeeper ta’ 32 sena, Luigi Sepe.
Il-Biancocelesti kienu ilhom f’taħditiet għal diversi ġimgħat biex jiffirmaw lill-eks captain ta’ Franza u rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja mingħand Tottenham, li tilef post regolari għal l-eks goalkeeper ta’ Empoli, Guglielmo Vicario.
It-taħditiet ma kinux qed jimxu ‘l quddiem, li wassal lit-team ta’ Maurizio Sarri biex imur ifittex alternattivi oħra biex jipprovdi appoġġ għal Ivan Provedel.
Il-player ta’ 32 sena se jingħaqad ma’ Lazio b’self b’għażla ta’ kuntratt permanenti. Huwa se jkollu salarju ta’ €600,000 fis-sena.
Matul l-istaġun li għadda ma’ Salernitana, Sepe għamel total ta’ 17-il dehra, waqt li żamm tliet clean sheets.