L-atleta mill-Burkina Faso, Hugues Fabrice Zango, rebaħ it-triple jump tal-irġiel għall-ewwel midalja tad-deheb fil-Kampjonati Dinja tal-Atletika għall-pajjiż tiegħu filwaqt li l-favorit tat-titlu ta’ 18-il sena Jaydon Hibbert tal-Ġamajka sofra injury.
Zango, ikklassifikat fit-tieni post fid-dinja, qabeż 17.64 metru fuq il-ħames tentattivi tiegħu minn sitta biex għadda lil Lazaro Martinez ta’ Kuba, li rebaħ il-fidda b’17.41 wara li għamel foul fuq tlieta mit-tentattivi tiegħu. Martinez għeleb lill-kompatrijott tiegħu, Cristian Napoles, li qabeż 17.40.
Barra minn hekk, din il-midalja tad-deheb kienet l-ewwel waħda mirbuħa minn pajjiż Afrikan.