Friday, December 27, 2024

Human Rights Watch jakkuża lil Iżreal li qed joqtol in-nies bil-ġuħ

Aqra wkoll

L-Għaqda Internazzjonali Human Rights Watch akkużat lill-Gvern Iżrealit li kien qiegħed jikkawża ġuħ kbir fil-Medda ta’ Gaza u għalhekk se jkomplu jmutu aktar nies.

Sari Bashi, direttur fl-Għaqda Internazzjonali qalet li “dan kollu jista’ jinbidel għada. Jekk il-militari Iżraelit jiftaħ rotot tajbin u anke jipprovi garanziji li l-ikel jasal fil-postijiet indikati, mill-ewwel tunnellati ta’ ikel jidħlu fiż-żona milquta.”

Hija kompliet tgħid li minħabba li l-militar Iżrealit qiegħed jokkupa żoni kbar f’Gaza, mhux biss hu obbligat li jiffaċilità l-għajnuna umanitarja fosthom ikel, iżda li jipprovdi hu stess din l-għajnuna.

Ekonomija

1 kumment

  1. L Israeliti saru NAZISTI ghax dak li ghamlu lilhom in nazisti qed jaghmluh lill palestinjani.Lamerika tikkundanhom u mbghad ittihom larmi ha jkomplu joqtlu nies innocent.

Comments are closed.

Sport