Sunday, December 29, 2024

“Huwa diġà diffiċli li tara lill-pulizija jimxu d-dawra kollha tax-xatt f’din is-sħana qawwija”

Aqra wkoll

Persuna li kitbet messaġġ pożittiv, faħħret ix-xogħol ta’ żewġ pulizija li intervjenew malajr f’inċident li seħħ fi Ġnien l-Indipendenza f’Tas-Sliema nhar it-3 ta’ Lulju għall-ħabta tas-1:30 p.m.

Il-persuna kitbet li kif kienu hemm, raw żewġ barranin li dehru f’kundizzjoni ħażina tant li wieħed minnhom lanqas felaħ iqum mill-art. X’aktarx kienu taħt influwenza qawwija ta’ alkoħol.

Huma ppruvaw jgħinuhom kif setgħu iżda ftit ħin wara żewġ pulizija li kienu qed jagħmlu r-ronda tagħhom f’dawk l-inħawi, marru biex jagħtuhom l-għajnuna. Immedjatament il-pulizija ħadu azzjoni u b’mod responsabbli u professjonali għenu liż-żewġ barranin. 

“Huwa diġà diffiċli li tara lill-pulizija jimxu d-dawra kollha tax-xatt f’din is-sħana qawwija” kompliet tgħid din il-persuna.

Hija għalqet billi rringrazzjat lil Malta Police Force u lill-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema li qed ikun hawn dawn ir-rondi tal-pulizija madwar ix-xatt biex ikun hawn aktar sigurtà.  

Ekonomija

Sport