Wednesday, April 9, 2025

Huwa importanti li nħajru lin-nies biex jibdew jipprattikaw l-isport minn età żgħira – Bernard Chircop

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?

Fl-aħħar għaxar snin, minn dejjem żammejt il-giri fl-attività fiżika, fejn rajt li tagħmel kontribuzzjoni għas-saħħa fiżika u benessri. Sakemm, bdejt nikkontempla fejn nista’ mmur f’gruppi u komunitajiet, u kont smajt bi grupp tal-ġiri ta’ kull ġimgħa, fejn laqgħuni b’mod ospitabbli, u anke bl-ispirazzjoni tagħhom, bdejt nikkunsidra li nipparteċipa fil-maratoni. Minn hemm ukoll ġejt fil-kuntatt ta’ organizzaturi ta’ maratoni f’pajjiżna, u bdejt minn hemm li nara x’nista’ nagħmel biex nikkontribwixxi lejn il-komunità atletika lokali.

X’suċċessi maġġuri ksibt fil-karriera tiegħek sa issa?

Il-parteċipazzjoni f’Corsa bħala tim fir-relay, fejn kont it- team leader f’tim ta’ erbgħa li ġrejna flimkien biex nikkompetu – Mandy Nichols, Edward Dalmas, u Szymon Witkowski. Issa li jmiss huwa li mmur maratona ta’ 42km barra minn Malta – dik taI-Irlanda jisimha ‘Connemarathon’ matul dan ix-xahar, u wara nidħol għall-maratona ta’ Xterra Ultra 52km ta’ Għawdex. Dan kollu mibni fuq is- suċċess li jippermetti l-ġisem biex ikun jista’ jfendi għal maratoni ta’ distanzi twal. Filwaqt li bl-attivitá u anke b’inizjattivi tal-ambjent bħal clean-ups li norganizza, sirt naf ħafna NGO’s li jkunu kuntenti għall-forom ta’ sapport li jistgħu isiru meta tipparteċipa jew torganizza, u tkun tista’ tagħmel fund raising għall-kawżi ġusti tagħhom.

Kif tqis il-livell tal-atletika f’pajjiżna fil-preżent?

Għandna maratoni u ‘walkathons’ għal kull livell, soċjalment li nara hemm bżonn li jiġi rrakkomandat mill-kunsilli biex iħajru lin-nies jipparteċipaw, jew li jibnu komunità f’kull raħal għal attività ta’ mixi/ġiri. Dan jinċentiva ċ-ċittadini biex ikollhom attività soċjali anke darba fil-ġimgħa biex jagħmlu eżerċizzju, jisiru jafu min huma n-nies li jgħixu madwarhom, u anke jagħtik iċ-ċans biex tieħu ispirazzjoni biex anki tidħol f’iktar sports, fejn naf nies li marru jikkompetu meta kellhom biżżejjed motivazzjoni, u kunfidenza fihom infushom biex jieħdu l-livell li sejru, għal giri nazzjonali u internazzjonali.

Li hu importanti, li nħajru lin-nies biex jibdew minn età żgħira, għax il-veduta tal-isport hija ħaġa li meta tikber magħha, tieħu livell ta’ passjoni u rispett biex titgħallem minn ħafna nies, il-komunità, u anke l-benefiċċju ta’ attività fiżika.

U dak tar riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet tagħkom?

Dan isir b’kollaborazzjoni ma’ kumpaniji, kunsilli, u anke fejn tista’ tgħin, ma’ xi NGO. L-importanti hu li jkun ta’ livell li ħafna jistgħu jikkunsidraw jidħlu, għax pereżempju, b’5k run bħal ħafna jagħmlu, huwa ospitabbli għal ħafna biex jipparteċipaw, u sakemm, tkun qed tagħti lura lejn is-soċjetà jekk jinvolvi donazzjoni lejn xi NGO jew kawża. Il-pjanar minn dejjem jidħol f’dettall bħall-‘feasibility’, u importanti li jkunu f’żmien fejn mhux ma’ ġiri ieħor, jew f’jum fejn ħafna jkunu jistgħu jattendu.

Int torganizza wkoll ‘community runs’ għal Mġarr. Agħtina iktar dettalji.

Fil-kunċett biex inħajjar il-komunità, jien nipprova norganizza community runs, fejn nies ta’ kuljum jistgħu jipparteċipaw f’girja bi pass hospitabbli għal kull livell biex jipparteċipaw. Dan ukoll bil-konvenjenza ta’ min joqgħod viċin, jista’ jattendi, u anki hekk jsir opportunità biex ssir taf lin-nies ta’ madwarek.

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fl-atletika?

Li nħajjar, norganizza, u nirrapreżenta lil pajjiżna b’mod nazzjonali u internazzjonali, hemm parti f’kull atleta, li jekk għandek l-abilità, tixxerred il-benefiċċji tal-isport, ħajjar in-nies ta’ madwarek, għinhom fil-vjaġġ tagħhom jekk forsi għandhom bżonn il-ħegġa u l-kunfidenza. Jien nemmen ħafna fil-poter tal-komunità biex jiġu flimkien, fejn fl-isport atletiku, motivazzjoni hija integrali għas-suċċess tiegħu, u eżerċizzji fejn ikollok nies bl-istess ħsieb fuq is-saħħa, tipprovdi veduta unita u ‘forward thinking’, fejn tħossok li tkun parti minn xi ħaġa ikbar minnek, u anke forsi ibda ħajjar għall-ġenerazzjonijiet li jmiss.

Li nista’ ninkoraġġixxi lil kulħadd, anke jekk ma tipparteċipax fil-maratoni, anke li ssegwi mill-qrib tkun esperjenza edukattiva. Jien bdejt wara li mort nara l-Malta Marathon tal-2025, u kkumparajt il-pacing tiegħi magħhom, u emmint fija nnifsi li naf li kont wasalt fil-livell li stajt nikkompeti u nlaħħaq ma’ min ipparteċipa.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport