Saturday, December 28, 2024

“Huwa l-President Putin li qed iġib il-gwerra lura lejn l-Ewropa” – Ursula von der Leyen

Aqra wkoll

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen qalet li huwa l-President Putin li qed iġib il-gwerra lura lejn l-Ewropa.

Waqt konferenza, hija qalet: “F’dawn is-sigħat mudlama, l-Unjoni Ewropea u n-nies tagħha juru solidarjetà mal-Ukrajna u n-nies tagħha.”

“Qed niffaċċjaw att ta’ aggressjoni bla preċedent mit-tmexxija Russa kontra l-pajjiż indipendenti sovran. Il-mira tar-Russi mhix Donbas biss, il-mira mhix biss l-Ukrajna, il-mira hija l-istabbiltà fl-Ewropa u l-ordni tal-paċi internazzjonali kollha u se nżommu lill-President Putin responsabbli għal dan.”

Żiedet tgħid: “Aktar tard illum se nippreżentaw pakkett ta’ sanzjonijiet massivi u mmirati lill-mexxejja Ewropej għall-approvazzjoni. B’dan il-pakkett se nimmiraw setturi strateġiċi tal-ekonomija Russa billi nibblukkaw l-aċċess għal teknoloġiji u swieq li huma ewlenin għar-Russja. Aħna ser indgħajfu l-bażi ekonomika tar-Russja u l-kapaċità tagħha li timmodernizza. Barra minn hekk, se niffriżaw l-assi tar-Russi fl-Unjoni Ewropea u nwaqqfu l-aċċess tal-banek Russi għas-swieq finanzjarji Ewropej.”

Ekonomija

Sport