Saturday, June 28, 2025

Huwa mistenni li fil-ħin li ġej jintemm il-ġuri ta’ Muka u Dragomanski 

Aqra wkoll

Huwa mistenni li fil-ħin li ġej se jintemm il-ġuri  tal-Albaniż Daniel Muka u l-Maċedonjan Viktor Dragomanski, iż-żewġt irġiel barranin mixlija b’akkużi  dwar il-qtil tat-Tabib Chris Pandolfino u s-sieħeb tiegħu Ivor Maciejowski.

Il-każ kien seħħ f’Tas-Sliema fit-18 ta’ Awwissu ta’ ħames snin ilu. L-Imħallef Galea Sciberras bagħtet lil ġurati sabiex jiddeliberaw.  Huwa mistenni li fil-ħin li ġej jingħata verdett.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Avukati Maria Francesca Spiteri u Kevin Valletta mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. 

L-Avukati Josè Herrera u Alex Scerri Herrera qed jiddefendu lil Dragomanski, l-Avukat tal-Għajnuna Legali Josette Sultana qed tidher għal Muka, u l-Avukati Joe u Michaela Giglio qed jidhru għall-qraba taż-żewġ vittmi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport