Ix-xogħlijiet fl-Għassa tal-Pulizija tar-Rabat, Malta, avvanzaw b’mod konsiderevoli. Bħalissa fadal biss xogħol relatat mat-taraġ tal-istess binja, li huwa mistenni jitlesta mill-kuntrattur lejn l-aħħar ta’ Ġunju. Għaldaqstant, huwa previst li l-għassa tkun tista’ terġa’ tiftaħ fis-sajf.
Dan ikkonfermah il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri fil-Parlament meta kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Ian Vassallo.
Il-Ministru Camilleri fakkar li dan ix-xogħol huwa parti minn sensiela ta’ xogħolijiet li saru u qed isiru biex l-għases f’Malta jkunu iktar moderni biex il-pubbliku jinqeda aħjar u l-pulizija jaħdmu f’ambjent aqwa.