Monday, December 23, 2024

“Huwa totalment żbaljat li jingħad li m’hawnx għajnuna finanzjarja jew inizjattivi simili”

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin ilu, il-Ministru Clifton Grima kiteb post fuq il-midja soċjali dwar kummenti li qed jiċċirkolaw fejn qed jingħad li l-isport mhux jingħata għajnuna biżżejjed.

Il-Ministru fakkar kif fl-aħħar sena, l-Aquatic Sports Association of Malta ibbenefikat minn għajnuna ta’ €837,000 minn BeActive – SportMalta. Il-Ministru Grima qal ukoll li l-ASA tibbenefika minn sponsors minn diversi entitajiet oħra governattivi.

“Huwa tajjeb li wieħed jinsisti li dejjem ikun hemm iktar għajnuna, però huwa totalment żbaljat li wieħed jgħid li mhux qed ikun hemm għajnuna finanzjarja jew inizzjattivi simili” Qal il-Ministru Clifton Grima.

Huwa għalaq il-kitba tiegħu billli wiegħed li flimkien ma’ sħabu fil-Gvern, ser jibqa’ jaħdem sabiex tibqa’ tingħata l-għajnuna lill-assoċjazzjonijiet biex jagħmlu progress u jiksbu r-riżultati mistennija.

Ekonomija

Sport