Minn Cristian Muscat
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-Kung Fu?
Naħseb li l-ewwel memorji tiegħi, kienu l-films Asjatiċi li kont insewgi fuq stazzjonijiet televiżivi Taljani meta kont żagħżugħ. Minn dejjem affixinawni l-movimenti li kont nara f’dawn il-films, niftakar b’mod partikolari l-films ta’ Bruce Lee u anke Jackie Chan.
Waqt is-snin tat-tfulija, ippruvajt numru ta’ sports differenti, peró dejjem xtaqt nidħol fix-xena tal-Arti MarzjalI, u b’hekk fil-bidu tas-snin 90, nktibt ġewwa skola tal-Arti Marzjali u bdejt nipprattika i-Kung Fu, stil Mon Kung taħt il-gwida ta’ Sifu, Charles Gaffiero.
Ipprattikajt dan l-istil għal snin twal u wara taħriġ intensiv, ilħaqt il-livell ta’ Black Belt. Għalkemm ħafna jaħsbu li meta wieħed jilħaq dan l-istadju jkun lesta t-taħriġ tiegħu, fil-veritá tinduna li dan huwa biss il-bidu. Komplejt nipperfezzjona t-taħriġ tiegħi fejn ġejt mogħti l-kariga ta’ Instructor u fejn aktar tard ilħaqt il-livell ta’ 2nd Degree Black Belt.
Għal dawn l-aħħar 19-il sena, komplejt ngħallem u nipprattika dan l-istil lil numru ta’ studenti mill-Akkademja tiegħi fejn noffru lezzjonijiet tal-Kung fu u Self-Defence (Difiża Personali). Illum l-Arti Marzjali, b’mod speċjali il-Kung fu jagħmel parti kbira minn ħajti!
Iddeskrivi r-rwol tiegħek bħala Chief Instructor u Fundatur tal-Malta Self-Defence Academy.
Mill-ewwel ġurnata fittixt li noffri servizz differenti fejn nuża t-teknika li joffri l-istil tradizzjonali tal-Mon Lung Kung fu, u nżewqu mal-bżonn li wieħed jitgħallem kif jiddefendi ruħu, u minn hemm bdiet l-akkademja tagħna.
Bħala Fundatur u Chief Instructor, naċċerta ruħi li nipprovdi taħriġ ta’ kwalità, fejn noffri post għall-istudenti tiegħi fejn jistgħu jitħarrġu b’mod professjonali u sikur.
Fl-ippjanar tal-lezzjonijiet inkun ċert li l-istudenti jieħdu l-valuri sħaħ tal-arti marzjali, dawk tar-rispett u d-dixxiplina. B’dan il-mod l-istudenti tagħna jikbru mhux biss mil-lat fiżiku tagħhom (saħħa, ħeffa eċċ) peró anke mil-lat intern (dixxiplina, kunfidenza eċċ), u b’dan il-mod jiżviluppaw karattru aktar sod li jippreparahom għall-ħajja ta’ kuljum.
Issa li s-sena d-dieħla se nagħlqu 20 sena mill-ftuħ tal-Akkademja, qed nieħu ħsieb li niżviluppa l-akkademja tagħna biex tkun tista’ toffri servizz aħjar għas-snin li ġejjin fejn nilħqu firxa ikbar ta’ nies mis-soċjetá tagħna li dejjem qed tinbidel maż-żminijiet.
- Kif tqis il-livell tal-Kung Fu f’pajjiżna fil-preżent, u kif rajtu jinbidel tul is-snin?
Meta tqabel mal-passat, fis-soċjetá tal-lum, qegħdin naraw ħafna iktar nies li jagħżlu li jgħixu ħajja aħjar billi jieħdu ħsieb is-saħħa tagħhom kemm mil-lat fiziku kif ukoll mil-lat mentali. Ninnota li żdied ħafna l-għarfien tal-importanza li wieħed jagħmel taħriġ sportiv u jieħu ħsieb saħħtu. B’hekk nista’ ngħid li mas-snin, in-numru ta’ studenti li jinvolvu ruħhom fl-Arti Marzjali dejjem qed jiżdied. Nista’ ngħid ukoll li f’dawn l-ahhar snin, rajt żieda fl-attendenza minn studenti femminili. Xi ħaġa fejn fil-passat, din ix-xena kienet dominata kważi totalment mill-irġiel. Maż-żminijiet ukoll rajna interess akbar minn ġenituri li jintroduċu t-tfal tagħhom għad-difiża personali (Self-Defence), xi ħaġa li timlini b’ kuraġġ!
Dawn l-iżvilippi qed juru b’mod aktar b’saħħtu l importanza li wieħed ikun jaf livell (anke bażiku) ta’ difiza personali (self-defence), u dan mhux biss fina l-adulti peró anke fit-tfal / żgħażagħ tagħna.
U dak tar-riżorsi fejn l-atleti Maltin jitħarrġu u jkollhom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħhom?
- akbar sfida għall-Klabbs ta’ dixxiplinni sportivi li mhumiex forsi daqhekk ‘main stream’ hija kif wieħed jippromwovi l-klabb u d-dixxiplina tiegħu.
Bħala instructor, dejjem infittex opporunitajiet biex il-klabb tagħna u finalment l-istudenti jiksbu esperjenzi differenti. B’mod attiv, infittex modi differenti kif nilħaq iktar setturi differenti tas-soċjetá tagħna u dan ifisser li noħorġu t-taħriġ tagħna minn ġewwa l-klabb . Dan jgħin ħafna biex jifforma karattru aktar sod lill-istudenti tagħna.
Nemmen fl-istess ħin li dawn l-isfidi qegħdin jingħelbu hekk kif aktar nies qegħdin jindunaw bl-importanza tat-taħriġ fl-arti marzjali u l-benefiċċji li wieħed jiggwadanja meta jibda jipprattika f’din id-dinja.
5. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-Kung Fu?
Bħala instructor qiegħed inħares b’interess biex inkompli nkabbar l-akkademja b’mod li noffri iktar taħriġ lill-ġenerazzjoni tal-lum. Għas-snin li ġejjin, nibqa’ nħajjar nies biex jipprattikaw l-Arti Marzjali u jkunu attivi f’dan is-settur.
Għall-futur, qiegħed niffoka fuq it-tkabbir tal-akkademja u l-promozzjoni tal-Kung Fu u s-Self-Defence bħala mezz ta’ żvilupp personali.
Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jipprattika l-Kung fu jew ikun attiv fix-xena tal-Arti Marzjali.
Fil-ħajja mgħaġġla tal-lum, nistgħu naqgħu fin-nasba li nidħlu f’rutina ta’ kuljum. Huwa vitali li ninvestu ftit aktar ħin biex niskopru ftit lilna nfusna u b’ hekk inkunu kapaċi ngħixu ħajja aktar protetta u serena, f’bilanċ sħiħ bejn il-ġisem u l-moħħ. Dan huwa l-għan ewlieni li wieħed għandu jżomm f’rasu meta jfittex biex jidħol fid-dinja tal-Kung fu.
Nemmen li jekk wieħed jixtieq jagħmel suċċess bħala għalliem tal-arti marzjali għandu jkun umli u konsistenti fit-tagħlim tiegħu. Meta tagħti tagħlim ġenwin u mill-qalb, dan jagħtik sodisfazzjon enormi speċjalment meta tara l-istudenti tiegħek jikbru u jsiru persuni aktar b’saħħithom, kemm fiżikament u anke mentalment!