Friday, May 17, 2024

HV Hospitality bi pjanti riveduti għall-iżvilupp f’Kemmuna

Aqra wkoll

HV Hospitality, is-sid tal-lukanda u tas-siti tal-bungalows fuq Kemmuna, għadha kemm issottomettiet pjanti riveduti tal-proġett tagħha lill-Awtorità ta’ l-Ippjanar.

Il-pjanti l-ġodda jinkludu tnaqqis fid-daqs taż-żona proposta għas-sit tal-bungalows. HV Hospitality qed tippjana li tibdel il-lukanda fil-bajja ta’ San Niklaw Bay u l-bungalows fil-bajja ta’ Santa Marija f’stabbiliment sostenibbli lussuż ta’ benessri, li se jkun immaniġġjat mid-ditta globali Six Senses. Il-pjanti oriġinali mressqa minn HV Hospitality kienu qed jipproponu tnaqqis ta’ 7,154 metru kwadru tas-sit tal-lukanda fil-bajja ta’ San Niklaw, u minn naħa l-oħra, żieda ta’ 2,032 metru kwadru tas-sit tal-bungalows fil-bajja ta’ Santa Marija. Dan wassal għal tnaqqis totali ta’ 5,122 metru kwadru.

B’reazzjoni għall-opinjoni tal-pubbliku, il-pjanti reviżjonati issa qed jipproponu tnaqqis tas-sit tal-bungalows ukoll, biex b’kollox issa, il-footprint ta’ l-iżvilupp tnaqqset għal 8,244 metru kwadru —ekwivalenti għal medda ta’ madwar 32 tennis court. Il-binjiet tas-sit tal-bungalows se jkunu ‘l ġewwa minn xatt il-baħar, b’mod li jiżdied l-aċċess għall-pubbliku, u lgħoli tagħhom se jkun iżjed baxx. HV Hospitality mhix se tfittex kumpens għal dan it-tibdil fil-pjanti b’iżjed art fuq is-sit. Kelliem għal HV Hospitality qal: “Wara l-wirja pubblika tal-proġett, ikkunsidrajna t-tħassib imressaq millistakeholders. Il-missjoni tagħna minn dejjem kienet li tinstab soluzzjoni bilanċjata għal dan is-sit uniku — soluzzjoni li tikkunsidra s-sostenibbiltà ambjentali u li tirrispetta l-ġmiel naturali taż-żona. L-emendi li ressaqna din il-ġimgħa jilħqu b’suċċess dan il-bilanċ bejn it-tħassib tal-pubbliku, il-ħtiġijiet tas-sit u l-aspettattivi tatturisti, skond il-konċessjoni u l-pjanijiet lokali.”

HV Hospitality qed tfittex li turi impenn ċar lejn il-ħarsien ta’ Kemmuna bħala sit ta’ Natura 2000. Il-pjanti jinkludu t-tneħħija ta’ speċi invażivi u aljeni u t-tħawwil ta’ iżjed minn 55,000 siġra, arbuxell u pjanta endemika. HV Hospitality qed tfittex ukoll l-ogħla ċertifikazzjoni LEED għal dan il-proġett, ċertifikazzjoni li tinstab biss f’20 lukanda oħra madwar id-dinja – konferma ta’ l-impenn lejn lussu aktar sostenibbli — speċjaliżżazzjoni tad-ditta Six Senses.

Sport