Saturday, January 4, 2025

Ħwejjeġ u sodod fost id-donazzjonijiet li ngħataw lil saċerdoti Maltin li jinsabu l-Brażil 

Aqra wkoll

Fil-21 ta’ Diċembru, kontejner ieħor telaq minn Malta lejn il-Grigal tal-Brażil, fejn hemm diversi saċerdoti mid-djoċesi ta’ Għawdex jaħdmu f’diversi parroċċi.

Dun John Mary Cauchi, Dun Jimmy Xerri, Dun Alex Cauchi u Dun Saviour Vella huma fost numru konsiderevoli ta’ saċerdoti u sorijiet reliġjużi Maltin li jinsabu fil-missjoni l’barra minn xtutna.

Dun Alex Cauchi, li issa jinsab responsabbli mill-Moviment Missjunarju Ġesù fil-Proxxmu, se jkun qed jirċievi d-diversi donazzjonijiet mogħtija, fosthom skrivaniji u siġġijiet għal skola f’żona rurali, ħwejjeġ u żraben, sodod u saqqijiet, sufani u ġugarelli.

F’messaġġ fuq Facebook, Dun Cauchi rringrazzja lill-benefatturi kollha li taw l-oġġetti u l-voluntiera involuti, ikluż dawk li taw għajnuna fl-ippakkjar u fit-trasport. 

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport