Monday, July 21, 2025

Ħwienet ibiegħu xorb alkoħoliku wara 9.00pm… ristorant se jiġi magħluq

Il-Pulizija b’ħidma intensiva fil-komunitajiet, b’mod partikolari f’żoni ta’ divertiment bħal San Ġiljan, Paceville, Swieqi, Pembroke u San Ġwann.

Aqra wkoll

Matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-Korp tal-Pulizija kompla b’ħidma intensiva fil-komunitajiet, b’mod partikolari f’żoni ta’ divertiment bħal San Ġiljan, Paceville, Swieqi, Pembroke u San Ġwann.

Il-ħidma kienet immirata, fost l-oħrajn, sabiex ikun assigurat li l-ħwienet qegħdin joperaw b’konformità mal-liġi li tipprojbixxi l-bejgħ ta’ xorb alkoħol minn supermarkets u ħwienet talmerċa wara d-disgħa ta’ filgħaxija.

Waqt dawn l-ispezzjonijiet, il-Pulizija sabet ħames ħwienet f’San Ġiljan ibiegħu xorb alkoħoliku wara d-disgħa ta’ filgħaxija u għaldaqstant ġew infurmati li se jinħarġu l-akkużi fil-konfront tagħhom.

F’każ separat, ristorant instab jopera mingħajr persuna responsabbli fuq il-post, kif rikjest bil-liġi, u għaldaqstant, dan l-istabbiliment ġie magħluq immedjatament mill-Pulizija.

Spezzjonijiet oħrajn saru fl-istess lokalitajiet b’rabta ma’ storbju u ksur tal-paċi pubbliku, parkeġġ illegali, sewqan perikoluż, mużika tgħajjat, rimi ta’ skart u bejgħ ta’ sustanzi illegali.

Din il-ħidma tifforma parti minn spezzjonijiet regolari li qed isiru b’mod proattiv f’diversi lokalitajiet madwar Malta u ser tkompli tissaħħaħ fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport