Saturday, December 21, 2024

Ħwienet tat-tfal f’Kalifornja obbligati li jkollhom sezzjoni ta’ ġeneru newtrali

Aqra wkoll

Kalifornja sar l-ew­wel stat fl-Istati Uniti li qiegħed jobbliga lill-ħwienet il-kbar biex jesebixxi ġugarelli u anke affarijiet tat-tfal b’mod li jkunu newtrali f’dak li hu ġeneru. 

Il-liġi l-ġdida, li kienet iffirmata mill-Gvernatur Gavin Newsom ma tipprojbixxix li jkun hemm selezzjoni ta’ affarijiet tas-subien u bniet, iżda jrid ikun hemm sezzjoni separata ta’ ġeneru newtrali. Dawk il-kumpaniji li ma jobdux din il-liġi jistgħu jeħlu multa ta’ $250 u din tista’ tiżdied għal $500 jekk jiġu mmultati għat-tieni darba. Din il-liġi ġiet approvata x-xahar li għadda, u se tidħol fis-seħħ fis-sena 2024. Il-ħwienet affettati se jkunu dawk li jimpjegaw minn 500 persuna ’l fuq. 

Il-liġi tgħid li l-ħwejjeġ tat-trabi mhux se jkunu jaqgħu taħt din il-liġi hekk kif fost l-oħrajn din se tkun qiegħda tapplika għal affarijiet bħal ġugarelli, prodotti li jgħinu lit-tfal jorqdu u affarijiet biex titma’ lit-tfal.

Ekonomija

Sport