Monday, December 23, 2024

Ian Borg b’diskussjonijiet mat-tobba tiegħu f’Londra

Aqra wkoll

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg, ilbieraħ filgħaxija fuq il-midja soċjali ddikjara li bħalissa jinsab Londra u għaddej b’diskussjonijiet mat-tobba li qed isegwu l-kundizzjoni tiegħu. 

Borg spjega li fi ftit ġimgħat oħra se jkun qed jagħmel żewġ operazzjonijiet, bil-għan li permezz ta’ dan iż-żewġ interventi l-kundizzjoni tiegħu tmur għall-aħjar.

Huwa ma naqasx milli jirringrazzja lil dawk kollha li ħasbu fih u tenna l-impenn tiegħu li jipprova jibqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu.

Ekonomija

Sport