Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u tat-Turiżmu Ian Borg, permezz tal-midja soċjali ħabbar li kien qiegħed jinnomina lill-President tal-Istati Untit Donald Trump għall-Prempju Nobel tal-Paċi.
“Ġimgħatejn ilu llum, iltqajt mal-President Trump u s-Sinjura tiegħu ġewwa New York. Bħala l-persuna li mexxejt l-OSCE fl-2024, ħdimt ma’ bosta persuni fuq il-kunflitt bejn l-Armenja u l-Azerbaijan, għal paċi li finalment intlaħqet dan is-sajf mill-President Amerikan.
“Lill-President Amerikan ippreżentajtlu ittra li ktibt f’ismi, propju fejn infurmajtu li bħal bosta oħrajn, innominajtu għall-Premju Nobel tal-Paċi. Ħeġgiġtu wkoll ikompli jaħdem fuq il-Lvant Nofsani u l-Ukraina.
“Kuntent illum nara iżjed impenn li qed iwassalna eqreb lejn il-paċi,” kiteb il-Ministru Borg.