Saturday, December 21, 2024

Ian Borg jisħaq fl-importanza li tinġarr ir-responsabbiltà tal-istati membri fid-dawl tad-deċiżjonijiet li se jittieħdu

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

“B’mod kostanti nitkellmu dwar ir-responsabbilta tagħna f’din l-Organizzazzjoni. Biex l-OSCE sservi r-rwol kruċjali tagħha, hemm bżonn li tiffunzjona bil-ħidma kollettiva tal-57 stati membri. Id-deċiżjonijiet li se jittieħdu f’dan is-summit huma importanti għal futur sigur u reżiljenti”.

Qal dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin u Chairperson tal-OSCE, Ian Borg, fil-ftuħ tas-sessjoni plenarja tal-Kunsill Ministerjali tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE), li din is-sena huwa ospitat f’Malta mill-Presidenza Maltija.

B’xita qalila li bdiet nieżla eżatt mal-bidu ta’ dan is-summit, il-Ministru Borg beda bl-adozzjoni u l-approvazzjoni tal-aġenda li mistennija tiġi ddominata mill-Gwerra fl-Ukrajna.

Fil-fatt, id-Deputat Prim Ministru fl-ewwel minuti tad-diskors tiegħu ħa ħsieb li jindirizza l-invażjoni Russa fejn b’konvinzjoni u insistenza ddikjara li, “qegħdin nitolbu li jirtiraw mill-Ukrajna… L-agressjoni Russa għandha tieqaf immedjatament biex ikun hemm spazju għal negozjati tal-paċi. Din il-gwerra tippreżenta sfidi bla preċedent u din l-Organizzazzjoni għandu jkollha rwol importanti kif ukoll tagħti lok u tiddetermina djalogu”.

“Il-partijiet involuti jridu jagħmlu l-parti tagħhom għall-promozzjoni tal-paċi. Għandna stejjer ta’ suċċess tax-xogħol tul is-snin mill-OSCE għall-paċi u dan ix-xogħol għandu impatt reali”.

Rigward il-rwol ta’ Presidenza tal-OSCE li ngħatat Malta f’Jannar li għadda, il-Ministru Borg qal li pajjiżna kien konxju tal-isfidi iżda xorta aċċetta din ir-responsabbiltà.

Però, huwa enfasizza li r-responsabbiltà mhiex triq waħda u li rridu niftakru li l-OSCE bħala politiċi għandhom kollha r-responsabbiltà li jwittu t-triq għall-paċi. Dan b’mod speċjali fiż-żminijiet “ta’ kriżi” li qegħdin fihom bħalissa u għalaq billi stieden lill-istati preżenti għal komunikazzjoni miftuħa u biex jikkoperaw.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport