Sunday, December 22, 2024

Ibburdjar: Elusive 2 Jirbħu l-Medcomms Round Malta Race

Aqra wkoll

Elusive 2 temmew l-istaġun tat-tlielaq tagħhom tal-2023 b’finali eċċitanti u ta’ suċċess fil-Medcomms Round Malta Race, li kienet organizzata mir-Royal Malta Yacht Club. Ir-rebħa tagħhom kienet bi tmiem drammatiku, fejn għelbet lil Artie III b’distakk ta’minuta ħdax-il sekonda biss, wara korrezzjoni tal-ħin.

It-tiġrija ġibdet parteċipazzjoni sostanzjali, fejn l-RMYC rat waħda mill-akbar flotot li qatt saret. Il-flotta kienet maqsuma bejn Cruisers u Racers. Din l-attendenza ssegwi x-xejra riċenti li rat parteċipazzjoni akbar fit-tiġrijiet organizzati mill-Club.

Taħt il-gwida tal-Uffiċjal tat-Tlielaq Martin Azzopardi, il-flotta ngħatat korsa lejn in-Nofsinhar ta’ Malta,  u ħadet il-flotta lejn il-Munxar u Bengħajsa Cardinal Marks wara li għaddiet il-Baga tal-Fairway.

Klassi IRC Racers

L-ewwel li ħarġet mill-port ta’ Marsamxett fuq il-korsa ta’ 45 mil nawtiku kienet il-flotta tal-IRC Racers. Fil-vantaġġ kien Artie III ta’ Lee Satariano, li kiseb vantaġġ konsiderevoli fuq il-kumplament. Wara l-HH42 Artie III kien hemm Jubatus ta’ Sean Borg, Elusive 2 ta’ aħwa Podesta u Ton Ton Laferla ta’ Jonathan Gambin.

It-tiġrija ltaqgħet ma’ kundizzjonijiet imprevedibbli, hekk kif il-flotta bdiet taħt buffuri li jvarjaw minn 15 sa 20 mil nawtiku fis-siegħa. Hekk kif id-dgħajjes bdew resqin lejn in-Nofsinhar tal-gżira, ir-riħ naqas għal 7 mil nawtiku fis-siegħa biss. L-quddiem lejn il-kosta tal-punent, il-baħar kien mimli imbatt hekk kif il-mewġ beda jaħbat mal-irdum.

Artie III kienet l-ewwel jott li spiċċat it-tellieqa, segwita minn Elusive 2 u Jubatus. Wara l-korrezzjoni tal-ħin, kien l-Elusive 2 tal-aħwa Podesta li għeleb lil Artie III għar-rebħa. Fit-tielet post kien Jubatus.

Ninsabu soddisfatti ħafna bir-riżultat ta’ din it-tellieqa. F’dawn l-aħħar 12-il sena, it-tim tagħna rebaħ għaxra minn dawn it-tiġrijiet, li fil-fatt kienet kull tiġrija round malta li għamilna! – fl-2014 morna fuq dgħajsa oħra u n fl-2020 ma stajniex nikkompetu minħabba xi ħsarat spjegat Maya Podesta, kaptan ta’ Elusive 2.

Klassi Cruisers

It-tiġrija laqgħet waħda mill-akbar flotot tal-cruising f’dawn l-aħħar snin, b’numru ta’ ġodda ta jottijiet jingħaqdu mal-flotta. It-tiġrija wriet li kienet oħra ta’ suċċess għall-ekwipaġġ ta’ Kevin Pisani Zammit fuq Dimm, li minkejja kellhom xi ħsarat huma kienu kapaċi jkomplu jtellqu u jirbħu l-klassi tagħhom. Fit-tieni post kien Inspiration ta’ Godwin Zammit, filwaqt li Kon Tiki ta’ Ferdinand Grech spiċċa fit-tielet post.

It-Trofej lir-rebbieħa ingħataw waqt għoti tal-premjijiet fir-Royal Malta Yacht Club fil-preżenza ta’ Mark Gaglione, rappreżentant tal-Medcomms.

Rear Commodore (Sailing) Adrian Gauci Borda irrimarka, “Il-konklużjoni ta’ din it-tellieqa mmarkat tmiem xieraq għal sena eċċezzjonalment tajba għall-ibburdjar. In-numri ta’ parteċipanti li żiedu sostanzjalment mlietna b’entużjażmu kbir hekk kif inħarsu ‘l quddiem lejn l-2024.”

Ir-Royal Malta Yacht Club se jorganizza Boxing Day Fun Race b’risq il-Malta Community Chest Fund Foundation nhar it-Tlieta 26 ta’ Diċembru fl-1000 ta’ filgħodu. L-avveniment se jikkonsisti tellieqa qasira u l-parteċipanti jkunu mitluba jgħatu donazzjoni tal-inqas €5 għal kull persuna.

Ekonomija

Sport