Sunday, November 24, 2024

Ibburdjar – Fadal ġimgħa biss għall-bidu tal-Kampjonati Ewropej ORC

Aqra wkoll

Fadal ġimgħa biss minn meta madwar 40 dgħajsa, li jirrappreżentaw 12-il nazzjon se jibdew l-ewwel tiġrija tal-Kampjonati Ewropej ORC, imtella’mir-Royal Malta Yacht Club u Yachting Malta, taħt l-awtorità tal-Offshore Racing Congress (ORC), u il-Malta Sailing Federation.

L-ewwel tiġrija fil-programm se tkun tellieqa offshore, li hija maħsuba li ddum 30-36 siegħa bi tmiem mistennija nhar il-Ħamis 27 ta’ April. It-tiġrijiet li jifdal fil-kampjonat se jikkonsistu minn tiġrijiet ħdejn il-kosta li jsiru nhar il-Ġimgħa u s-Sibt, 28-29 ta’ April.  Tellieqa qasira Offshore ta’ 10–12-il siegħa issir nhar il-Ħadd 30 ta’ April, u ġurnata finali ta’ tiġrijiet hdejn il-kosta isiru nhar it-Tnejn 1 ta’ Mejju segwit miċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Premjijiet.

Ir-rebbieħa li jiġu determinati mill-iskor fi tliet klassijiet – ORC A, ORC B, u ORC C – se jiġu inkurunati 2023 ORC Ċampjins Ewropej, u timijiet kollha dilettanti se jkunu rikonoxxuti bit-trofej tad-diviżjoni Corinthian ukoll.

Il-klassi ORC A għandha 10 timijiet imdaħħla minn Ċipru, l-Irlanda, l-Italja, u Malta. Fosthom hemm il-jott OTRA VEZ, ta’ Aaron Gatt Floridia tal-RMYC, li hu veteran ta’ diversi Rolex Middle Sea Races. Ninsabu ħerqana li nieħdu sehem f’dan l-avveniment importanti fl-ibħra tagħna,” qal Floridia. “Il-taħlita ta’tlielaq madwar il-kosta, fuq distanzi twal u qosra  tagħti ħafna opportunità lid-dgħajjes biex jittestjaw lilhom infushom f’kundizzjonijiet ta’ tiġrijiet differenti.”

Il-klassi ORC B se tkun l-akbar u l-aktar diversa internazzjonalment f’dan l-avveniment, bi 18-il tim mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, l-Italja, il-Polonja, u l-Isvezja. Is-Swan 42 KATARIINA II ta’ Aivar Tuulberg b’ekwipaġġ imħallat ta’ Estonjani u Taljani x’aktarx se jkun it-tim li wieħed jimmira li jegħleb.

Il-klassi ORC C għandha 11-il entrata mill-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, l-Italja, Malta, u Spanja. Fost il-jottijiet hemm wkoll it-tim renjanti taċ-Champions tad-Dinja tal-ORC tal-Klassi C: l-ekwipaġġ imħallat ta’ Ott Kikkas ta’ Estonjani u fuq il-jott SUGAR 3. Huma rebħu l-Kampjonati Dinjija tal-ORC is-sena l-oħra f’Porto Cervo b’marġni konvinċenti, u għalhekk x’aktarx se jkunu kun tim li wieħed għandu jsegwi l-ġimgħa d-dieħla fl-ibħra ‘l barra mill-Belt Valletta.

“Nistennew bil-ħerqa li jkollna avveniment kompetittiv il-ġimgħa d-dieħla,” qal Bruno Finzi, Chairman tal-ORC. “L-RMYC u t-tim tal-ORC se jaħdmu flimkien biex jipprovdu esperjenża eċċellenti u l-avvenimenti li għandhom jogħġbu lill-parteċipanti kollha li ġew hawn minn madwar l-Ewropa biex igawdu il-baħar mill-aqwa f’Malta.”

Malta se tkun rappreżentata minn disa’ jottijiet. Il-livelli ta’ esperjenza fit-tlielaq lil hinn mix-xtut ivarjaw, bil-flotta tilqa’ żewġ rebbieħa tar-Rolex Middle Sea Race (RMSR) li se jingħaqdu ma’ dgħajjes ta’ inqas esperjenza iżda ugwalment kompetittivi. Il-flotta se tinkludi rebbieħa tal-RMSR Artie III (Lee Satariano) u Elusive 2 (Aaron, Christoph, u Maya Podesta), kif ukoll Bait (Paul Debono), Be Free (Horst Huesley), Corona (Luis Azzopardi / Sara Baldwin), Otra Vez (Aaron Gatt Floridia), Ton Ton Laferla (Jonathan Gambin), Unica (Jamie Sammut) u Vivace (Andrew Agius Delicata/Matthew Gabriele).

“Il-Club jinsab ħerqan li jilqa’ l-flotta ORC f’Malta, li tiġbor flimkien l-esperjenza li l-Club għandu fl-organizzazzjoni ta’ tiġrijiet bħal dawn. Il-Kampjonati huma l-qofol ta’ xhur ta’ preparamenti mit-tim organizzattiv” irrimarka David Cremona, Commodore, Royal Malta Yacht Club.

“Avvenimenti bħal dawn iġibu lil Malta aktar fuq quddiem fuq il-mappa internazzjonali tal-ibburdjar, u dan huwa dak li Yachting Malta dejjem tistinka għaliħ. Ninsabu fiduċjużi li Malta se tħalli impressjoni fit-tul u pożittiva fuq dawk l-ekwipaġġi li qed iżuruna għall-ewwel darba” ikkummenta Jonathan Borg, Chairman, Yachting Malta.

Il-Kampjonati Ewropej ORC tal-2023 raw l-appoġġ tal-Kunsill Lokali Ta’ Xbiex, il-Kunsill Reġjonali tal-Lvant bħala parti mill-attivitajiet tiegħu għar-Reġjun Ewropew tal-Isport tal-2023 u Heineken.

Iktar informazzjoni tinstab fuq https://orceuro2023.com.

Sport