Il-jott Solaris 42 Unica ta’ Jamie Sammut irreġistrat is-sitt rebħa tagħha fis-Solaris Cup f’Porto Rotondo, Sardina.
Is-Solaris Cup hija avveniment annwali, li din is-sena ċ-ċelebrat id-disa’ edizzjoni tagħha. L-avveniment tlaqqa s-sidien ta’ jottijiet Solaris f’Sardinja u tattira flotta kbira għal numru ta’ tlielaq kompetittivi. Unica ilha tikkompeti b’mod regolari f’dan l-avveniment, fejn rebħet it-trofew prestiġjuż għal sitt darbiet.
Din is-sena l-flotta Solaris kienet tikkonsisti minn 58 jott, li varjaw bejn 37 u 111-il pied. Minħabba li Unica nqabdet bejn jottijiet ikbar, il-jott ma tantx kella bidu tajjeb, iżda, minkejja dan, is-snin ta’ esperjenza tat-tlielaq tagħhom raw lil-ekwipaġġ immexxi minn Jamie Sammut, rnexxilhom jtejbu il-veloċita tagħhom li ppermettilhom jimxu l-quddiem fil-flotta.
It-tlielaq f’riħ ħafif jirrikjedi ħafna tattika, speċjalment f’Porto Rotondo. Deċiżjonijiet tajbin rnexxielhom jispiċċaw l-ewwel tellieq fl-ewwel post. .
It-tieni tellieqa rat kundizzjonijiet ta’ temp simili, u dawn huma meqjusa bħala ideali għad-dgħajjes il-kbar. Il-flotta nqasmet fi tnejn bi grupp wieħed jersaq viċin l-art filwaqt li l-ieħor għażel li jmur lejn l-baħar miftuħ. Deċiżjoni ta’ Unica li tibqa’ qrib l-art swiethom għaxar postijiet iżda l-esperjenża għenet biex isibu r-riħ fejn irnexxielhom isibu riħ tajjeb. Dwell ma’ Solaris 62 Doug rathom jissieltu sa l-aħħar nett għal-ewwel post, sabiex rebħa assoluta tkun ikkonfermata.
L-ekwipaġġ t’Unica hu magħmul mis-sid u l-kaptan Jamie Sammut flimkien ma Michael Albanozzo, John Cachia, Aaron Gauci, Bradshaw Kellet, Alan Sammut, Alex Sant Fournier, u Gordon Schembri. L-ekwipaġġ ta’ Unica jixtieq jirringrazzja lill-isponsors tiegħu – Isomat, Mastervolt, Action Sails Malta, Cutrico u Johnnie Walker.