Baħħara Maltin qed ikomplu jirreġistraw riżultati posittivi madwar l-Ewropa, b’numru ta’ postijiet fuq il-podju f’diversi regatti ta’ livell għoli li seħħew f’dawn l-aħħar ġimgħat. Dawn ir-riżultati qed juru li l-atleti Maltin qedin jikkompetu sew ma’ l-aqwa ismijiet fix-xena internazzjonali tal-ibburdjar.
ILCA 6 – Kiel Week & Kampjonati Dinjija
Timmy Vassallo ta wirja straordinarja għal Malta li ġabet rebħar fil-klassi ILCA 4 waqt il-Kieler Woche 2025 li saret ftit jiem ilu fil-Ġermanja. Vassallo spiċċa fl-post, b’rebħ f’tmien tiġrijiet minn għaxra. Vassallo, b’mod konsistenti, qabeż lill-kompetituri internazzjonali biex jispiċċa fil-quċċata tal-klassifika b’12-il punt. Louyn Fereday, parteċipant ieħor għal Malta, fil-istess klassi, spiċċa fit-33 post.
Fil-klassi ILCA 6, kemm Benjamin Vassallo kif ukoll Mia Busuttil għaddew għall-Gold Fleet. Vassallo spiċċa fit-13-il post minn 119 kompetitur, filwaqt li Busuttil spiċċat fil-55 post. Harry Fairbairn, li spiċċa fit-71 post, ta wirja tajba u wera bidu promettenti għall-karriera tiegħu f’kompetiżżjonijiet internazzjonali.
Il-Kampjonat Dinji tal-ILCA 6 tal-Irġiel, li sar fl-istess ħin tal-Kieler Woche kellu kundizzjonijiet diffiċli b’riħ ħafif u mhux prevedibbli matul il-kwalifikazzjonijiet, u riħ qawwi u xita fit-tlielaq finali. Minkejja dawn iċ-ċirkostanzi diffiċli, speċjalment għal baħħara mdorrijin fil-Mediterran, Poyraz Fidaboy u Afonso Southino temmew fil-97 u 98 post rispettivament.
Kampjonati Ewropej ILCA 4
F’Polonja, waqt il-Kampjonati Ewropej tal-ILCA 4 l-atleti Maltin kellhom jiffaċċjaw kundizzjonijiet varjabbli ħafna, li affettwaw il-programm tat-tlielaq. Jonas Micallef ikkwalifika għall-Gold Fleet u spiċċa fil-35 post. Tom Ellul u Kaine Muscat, li kienu qed jikkompetu għall-ewwel darba f’regatta internazzjonali u fil-kategorija ta’ taħt is-16-il sena, għaddew għall-Silver Fleet, u temmew fit-22 u 38 post rispettivament. Thomas Wilson spiċċa fil-59 post fis-Silver Fleet, u Emily Fenech temmet fil-38 post fil-Gold Fleet.
Foiling Week
Wara erbat ijiem ta’ tiġrijiet intensivi waqt Foiling Week f’Malcesine, Lake Garda, id-debutt tal-klassi Switch offra kompetizzjoni eċċitanti u saħħaħ l-appell internazzjonali tagħha. Fil-kategorija tan-nisa, Antonia Schultheis rebħet b’punt wieħed biss vantaġġ fuq Vilma Bobeck ta’ l-Iżvezja u Alessandra Dubbini tal-Italja f’sensiela kompetittiva ħafna. In-nisa kienu jiffumaw kwart tal-flotta ta’ 32 dgħajsa – wirja tal-impenn tal-klassi lejn l-inklużjoni u d-diversità. Sadanittant, oħtha Victoria, li reċentement bdiet tikkompeti fil-klassi Moth, spiċċat fl-ewwel post fil-kategorija tan-nisa. Hi temmet fid-29 post, overall minn 88 kompetitur minn 23 pajjiż.
Kampjonati Ewropej IODA
Il-Kampjonati Ewropej tal-Klassi Optimist raw lill-atleti Malti jagħtu prestazzjoni tajba, b’ sitta minn seba’ Maltin jikkwalifikaw għall-Gold Fleet fost aktar minn 260 atleta minn 37 pajjiż. L-aqwa riżultat Malti kien dak ta’ Alexandra Nagrudnaya li temmet fis-7 post overall. Riżultati oħra kienu: Isaac Azzopardi (is-26 post), Julia Borg (it-38 post), Ella Demicoli (id-49 post), Corey Joyce (fil-50 post), Luca Attard – l-iżgħar membru tat-tim (fid-59 post) u Samantha Axisa (fl-74 post). Malta spiċċat fid-9 post fil-klassifika tan-nazzjonijiet – quddiem pajjiżi b’saħħithom bħad-Danimarka, l-Iżvezja u l-Olanda.
Kampjonati Dinji IODA
Malta bħalissa qed tikkompeti fil-Kampjonati Dinji tal-IODA (Optimist) f’Portorož, li se jkomplu sal-6 ta’ Lulju. Mat-tmiem tas-sensiela ta’ kwalifikazzjoni, Matthias Spiteri jinsab fil-21 post, segwit minn Seb Miceli Demajo fit-46, Nathan Montebello fil-113, Jack Vella fil-190, u Timothy Decesare fil-232 post. It-tiġrijiet tat-tim huma skedati għall-lum l-Erbgħa, filwaqt li s-sensiela finali tibda l-Ħamis u tispiċċa s-Sibt.
Il-President tal-Federazzjoni Maltija tal-Ibburdjar, Michael Mifsud, esprima s-sodisfazzjon tiegħu għar-riżultati miksuba fuq livell internazzjonali u qal li “l-ibburdjar qed ikompli jġib riżultati b’saħħithom grazzi għall-investiment li l-Federazzjoni qed tgħamel fit-talent eżistenti u dak promettenti.”
Il-Federazzjoni tat ħajr lill-klabbs rispettivi ta’dawn il-baħħara —Birżebbuġa Sailing Club, Malta Young Sailors Club u Royal Malta Yacht Club— kif ukoll lill-Kumitat Olimpiku Malti, SportMalta u Visit Malta għall-appoġġ kontinwu tagħhom.