Victoria Schultheis, li kkompetiet għal Malta u rrappreżentat ir-Royal Malta Yacht Club, rebħet il-kampjonati dinjija tan-Nisa fil-Klassi Moth nhar il-Ħadd 13 ta’ Lulju.
Din il-kisba hija impressjonanti b’mod partikolari minħabba li Schultheis bdiet tikkompeti f’din il-klassi ta’ foiling dinghy ta’ prestazzjoni għolja ftit xhur ilu biss.
Il-Kampjonat tad-Dinja tal-Moth, li sar f’Malcesine ġewwa il-Lag ta’ Garda u li ġie ospitat minn Fraglia Vela Malcesine, ġabar flimkien 137 mill-aqwa baħħara tad-dinja. Schultheis kisbet l-ewwel post fejn għelbet iċ-champion renjanti Brittanika Hattie Rogers u l-Ġermaniża Lisa Schweigert.
Il-Kampjonat, li ntemm fit-13 ta’ Lulju, kien immarkat minn diversi jiem ta’ temp instabbli, li wasslu biex isiru tlielaq kmieni filgħodu sabiex jittieħed vantaġġ mill-irjieħ tat-tramuntana—kundizzjonijiet ideali li ppermettew it-tlestija tal-aħħar żewġ tiġrijiet ta’ kwalifikazzjoni qabel ma l-flotta nqassmet fi diviżjonijiet Deheb u Fidda.
Minbarra li rebħet it-titlu femminili, Schultheis spiċċat fl-39 post overall, fejn kienet qeda tikkompeti ma grupp ta’ baħħar Olimpiċi u ta’ klassi dinjija. Dan is-suċċess isegwi r-rebħa reċenti tagħha fil-Foiling Week Malcesine, li sar ukoll fuq il-Lag ta’ Garda.
Waqt li kienet qed titkellem wara r-rebħa tagħha, Schultheis qalet: “Għadni kemm irbaħt il-Kampjonat Dinji tan-Nisa u nħossni vera tajba. Nixtieq nirringrazzja lil kulmin għeni matul din il-ġimgħa. Il-flotta kollha kienet ta’ sostenn. Grazzi speċjali lil Hattie Rogers—hi ispiratni nidħol fil-klassi tal-Moth wara li rajtha ttellaq ġewwa New Zealand.”
Din hija t-tieni titlu ta’ Champion tad-Dinja għal Schultheis, wara li kienet rebħet ukoll il-Kampjonat Dinji tal-Optimist fl-2016. Minħabba li issa fadal il-fuq min sena għall-Moth Worlds, Schultheis qed tiffoka biex tibbilanċja l-istudji tagħha mat-tlielaq fil-klassi Switch, li qed tikseb popolarità malajr fost l-aqwa baħħara. Schultheis ser tkun qed tqattgħa xi żmien f’università f’Sydney, l-Awstralja. Dan iż-żmien se joffrilha opportunitajiet ġodda kemm fuq livell akkademiku kif ukoll fuq il-baħar, hekk kif tkompli tibni l-ħiliet u l-esperjenza tagħha f’din il-klassi dinamika.
Il-Commodore tar-Royal Malta Yacht Club, Mark Napier, esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan ir-riżultat u kkummenta: “Il-kisba ta’ Victoria hija mument t’unur għall-Club kif ukoll il-komunita’ tal-ibburdjar Maltija. Id-dedikazzjoni, it-talent u d-determinazzjoni tagħha huma eżempju mill-aqwa għal dawk li jikkompentu f’dan l-isport, u nistennew bil-ħerqa li narawha tkompli tirnexxi.”