Wednesday, October 9, 2024

IBBURDJAR: Zhik Double Handed Figure of 8 Race: Calypso jirbaħ it-tellieqa b’distakk ta’ żewġ sekondi biss

Aqra wkoll

Fl-istorja riċenti tar-Royal Malta Yacht Club qatt ma kien hemm tmiem mill-qrib bħal dik tat-tellieqa Zhik Double Handed Figure of 8 li saret fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet

Żewġ sekondi biss isseparaw id-dgħajsa rebbieħa – il-J/99 Calypso, ta’Seb Ripard u Fabio Galea, mill-First 45 Elusive 2, skipper lill-aħwa Podesta, Christoph, u Aaron.

Il-bidu tat-tellieqa, li għaliha kien imbassar riħ qawwi mix-Xlokk, rat lill-ewwel jottjiet joħorġu mill-bokka tal-port qrib xulxin. Andrew Agius Delicata u Kevin Anastasi bil-jott Reflex 38 Vivace, Elusive 2 u Calypso kienu kollha qed jikkompetu biex jieħdu l-vantaġġ fil-korsa ta’ 85 mil nawtiku.

Distakk żgħir bejn it-tlieta ma damx, meta Elusive 2 għadda lil Vivace wara l-bokka tal-Port il-Kbir u beda jieħu vantaġġ fuq ir-Reflex 38. Sadanittant, Calypso resqu aktar il-quddiem lejn Vivace u Elusive 2.

Sfortunatament, inċident żgġir abbord Vivace kif daru ma’ Filfla wassal biex kellhom jirtiraw. It-temp ikkawża xi ħsarat żgħar fuq dgħajjes oħra li kienu mġiegħla jirtiraw u naqqas il-flotta għal erba’ jott bil-għan li jlestu t-tiġrija.

B’Vivace wieqaf mit-tellieqa, iż-żewġ dgħajjes tal-Fondazzjoni Jarhead, JYS Jan u Jarhead komplew jiġġieldu kundizzjonijiet ħorox, li fi 30 mil nawtiku fis-siegħa, kienu l-aktar b’saħħithom fin-naħa t’isfel tal-gżira. Il-jott Jarhead, misjuq minn Patrice Pace u Alex Siegler kompla biex spiċċa fit-tielet post.

“Din it-tellieqa hija avveniment ikonika, it-tbaħħir huwa iebes u x-xenarju spettakolari. Din is-sena kienet edizzjoni epika! B’xlokk li laħaq madwar 25-30 mil-nawtiku fis-siegħa il-kundizzjonijiet tal-baħar fuq il-kosta tan-Nofsinhar kienu formidabbli” ikkummenta Seb Ripard, kaptan, Calypso. “Kienet tellieqa eċċitanti u eżawrjenti tul it-triq kollha, ma nistgħux nemmnu li niżlet għal differenza ta’ żewġ sekondi fuq korsa ta’ 85 mil nawtiku”

Strategija konservattiva mill-aħwa Podesta setat kienet ir-raġuni li wassalhom biex jiksbu t-tieni post wara Calypso. Aaron Podesta wara t-tellieqa irrimarka li  “minħabba l-mewġ kbir u l-fatt li d-dgħajsa bħalissa mhix mgħammra għal dawn it-tip ta’ tlielaq, id-deċiżjonijiet li  ħadna kienu deċiżjoni għaqlin,” Ma il-ponta tat-tramuntana ta’ Għawdex il-mewġ kiber sostanzjalment. Madankollu, iddeskrivew it-tellieqa bħala “waħda mill-aqwa sfidi annwali u b’mod ġenerali, kellna esperjenza meraviljuża madwar Malta u Għawdex f’kundizzjonijiet ta’riħ tant mistenniia.”

L-Għoti tal-Premjijiet  saret fir-Royal Malta Yacht Club. It-trofej u prodotti Zhik ġew ippreżentati lir-rebbieħa minn Tom Ripard, rrappreżentant ta’ RLR Yachting, sponsors tal-avveniment.

Il-Club jixtieq jirringrazzja lil  RLR Yachting tal-appoġġ kontinwu u lil Adrian Gauci Borda, Michaela Gauci Borda u Michelle Caruana talli mexxew il-proċeduri tat-tellieqa.

Sport