Iben il-plejer leġġendarju Francesco Totti kellu d-debutt tiegħu bil-flokk ta’ Olbia, tim li jilagħbu fis-serie D Taljana. Sfortunatament id-debutt tiegħu ma tantx kien wieħed pożittiv meta numru ta’ spettaturi li kienu qed jarawh jilgħab fil-partita kontra Ilvamaddalena, bdew jgħajruh, jinsulentawh u fuq kollox isaffrulu kull meta kellu l-ballun f’saqajh.
Cristian Totti ma deherx jagħti daqstant każ dan kollu għalkemm kien hemm xi ħadd li ħa video ta’ dan kollu u xeħtu fuq il-midja soċjali.
Ħafna qalu li kunjomu hu wieħed tqil minħabba li missieru kien stilla mhux biss mat-tim nazzjonali Taljan iżda wkoll ma’ Roma. Madankollu ħafna kkritikaw dawn l-ispettaturi li bdew jinsulentawh u talbu sabiex jiġi investigat il-każ.