Aħbar traġika hija dik tal-mewt ta’ iben l-influencer famuża fuq TikTok, Emilie Kiser. It-tifel ta’ tliet snin, Trigg Kriser, miet ftit ġranet wara li nsabt mitluf minn sensih fil-pixxina tad-dar f’Arizona. Dettalji ta’ wassal għal dan l-inċident fatali għadhom ma ngħatawx.
Kiser għandha aktar minn 3.1 miljun persuna jsegwuha fuq TikTok u miljun oħra fuq Instagram. Hija saret famuża online meta bdiet taqsam l-esperjenzi tagħha bħala mara tad-dar u omm.
Ġranet wara dan l-inċident traġiku ta’ binha, l-ammiraturi ta’ Emilie ssuspettaw li ġralha xi ħaġa serja hekk kif f’daqqa waħda hija waqfet ittella’ fuq TikTok.