Pavel Nedved Junior, li jiġi appuntu iben l-eks midfielder Ċek u viċi-president ta’ Juventus, ġie sospiż sitt logħbiet fit-tieni kategorija tal-futbol tad-dilettanti fil-Piemonte.
Nedved, li għandu 23 sena, kien qed jilgħab ma’ ASD La Nuova Lanzese u eżatt kif wettaq foul fuq l-avversarju ngħata l-karta s-safra. Jidher li dan iż-żagħżugħ ma qabilx mad-deċiżjoni tar-referee tal-logħba u f’ħin minnhom deher jobżoqlu, att li wasslitu sabiex idabbar il-karta l-ħamra.
Pavel Nedved Junior ingħaqad ma’ dan it-tim fil-bidu ta’ dan l-istaġun u normalment jilgħab bħala attakkant.