Thursday, March 6, 2025

Ibqgħu aħdmu sakemm tilħqu t-tragwardi tagħkom u l-unika risposta li tistgħu tagħtu lil ħaddieħor hi fil-pitch – Sean Cipriott 

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn ta’ etá żgħira meta kont immur ma’ missieri u ommi nara lil Ħal Balzan jittrenjaw u jilagħbu. 

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Marsa FC.

L-esperjenza tiegħi ma’ Marsa FC hi waħda pożittiva ħafna. Nemmen li għandna tim b’saħħtu u nistgħu nisfidaw għall-promozzjoni għall-Malta Premier. 

X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim tiegħek matul dan l-istaġun sa issa?

Sa issa naħseb li kellna staġun pożittiv, fejn irbaħna l-maġġoranza tal-logħob. 

X’inhuma t-tragwardi tagħkom għal dan l-istaġun?

Li nakkwistaw il-promozzjoni għall-Malta Premier. 

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent, u kif rajtu jinbidel tul is-snin?

Naħseb li l-livell preżenti qed jitiieb u dejjem qed naraw timijiet iktar kompetittivi minn qabel. 

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Il-futur tiegħi diffiċli tipprevedih peró nħossni motivat biex nibqa’ nuri l-kapaċitajiet tiegħi. 

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Ibqgħu aħdmu sakemm tilħqu t-tragwardi tagħkom u l-unika risposta li tistgħu tagħtu lil ħaddieħor hi fil-pitch. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport