Friday, August 22, 2025

‘Ibqgħu emmnu fikom infuskom … b’konsistenza, dixxiplina u perseveranza taslu għal dak li tixtiequ fil-ħajja’ – John Camilleri

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn iċ-ċikliżmu?  

L-imħabba tiegħi lejn iċ-ċikliżmu bdiet tard. Fl-2017 kont xtrajt l-ewwel mountain bike biex nużaha fis-sezzjoni tat-taħriġ biex nonqos mill-piż peressli minn dejjem kont persuna overweight niżen massimu ta’ 91kg. 

Maż-żmien fl-2018 kont xtrajt l-ewwel racer li bdejt nipprattikaha iżjed mal-ħin biex nonqos fil-piż. Fl-2019 kont dħalt għall-ewwel kompetizzjoni lokali.

Maż-żmien bdejt nara l-progress u t-titjib kbir fil-piż u fis-saħħa fiżikament. 

Apparti dak li semmejt, maż-żmien għaraft il-prinċipli tiegħi ta’ ħidma kbira, 

perseveranza u dixxiplina li tasal għal dak li tixtieq. 

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek fl-aħħar edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Andorra.

Kienet esperjenza unika u ta’ ħafna tagħlim għalija! Wara ħafna sagrifiċċju u anke kont għaddej minn mumenti diffiċli f’ħajti minħabba mard fuq missieri fl- ewwel tliet xhur li sfortunatament mar jiltaqa’ mal-Bambin. 

Imma tara frott tas-sagrifiċċju meta kont ġejt magħżul fix-xahar ta’ qabel il-Logħb tal-Pajjiżi ż-Żgħar – kienet tassew iċ-ċirasa fuq il-kejk!

Ksibna midalja tal-bronż fit-Team Classification li kien unur kbir għalina! 

X’suċċessi maġġuri oħra ksibt fil-karriera tiegħek sa issa f’dan l-isport li tant tħobb?

Fl-2024 kont ġejt it-tieni fin-nazzjonal fit-time trial. Matul din is-sena ġejt it-tielet fin-nazzjonal fir-road race u anke fit-time trial. 

Ksibt podiums ukoll barra minn xtuna fl Sqallija darbtejn: 3rd – Grandfondo Ragusa 2024 fil catergorija ta Elite u 3rd – Mediofondo Avojla 2025 fil-Katergorija Elite. 

Kif tqis il-livell taċ-ċikliżmu f’pajjiżna fil-preżent?

Kull sena qegħdin nitjiebu ferm. Ovvjament hemm bżonn iktar ħidma fuq taħriġ pereslli dan l-isport jirrikjedi ħafna ħin u sagrifiċċju. 

U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?

Ovvjament għandna bżonn naħdmu iktar speċjament rigward sigurtá u għarfien fit-toroq tagħna. Minħabba ż-żieda fil-popolazzjoni, din iżżid it-traffiku li huwa element kontra ċ-ċiklisti li sfortunatament ma jgħinx. 

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fiċ-ċikliżmu?

Qed nipprepra għal-Logħob ta’ Deaflympics li ħa jsiru f’Tokyo fil-Ġappun f’ Novembru ta’ din is-sena. Qed inħares ‘il quddiem għal dan il-Logħob għax ilna naħdmu fuqhom ‘il fuq minn sena.  

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jibda jipprattika ċ-ċikliżmu.

Bħala sport, iċ-ċikliżmu huwa pjuttost ta’ sfidi kbar imma nikseb ħafna sodisfazzjon permezz tiegħu! Ibqgħu emmnu fikom infuskom … b’konsistenza, dixxiplina u perseveranza taslu għal dak li tixtiequ fil-ħajja! 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport