Friday, November 15, 2024

“Iċ-ċelebrazzjoni nbidlet fi gwerra … sabuh waħdu u rasu faqawhielu”

Id-DJ lokali Ryan Spiteri dwar dak li seħħ wara l-logħba Napoli - Udinese

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Ċelebrazzjoni li jien l-ewwel wieħed esperjenzajt xi ħaġa ġdida mal-plejers. Ħafna mis-sapporters ta’ Udinese bigħu anke l-biljetti tagħhom lin-Naplitani. Għaddiet kważi siegħa u l-ultras ta’ Udinese kien għadhom hemm u ma tantx għoġbitni għax normalment ladarba hemm tim jiċċelebra, l-oħrajn iħallu l-grawnd”. Beda biex jirrakkonta dan id-DJ Ryan Spiteri filwaqt li ddeskriva l-kommossjoni li nqalgħet ilbieraħ wara l-logħba bejn Udinese u Napoli.

Huwa żied jgħid li ċ-ċelebrazzjonijiet inbidlu fi gwerra bl-ultras niżlu fil-grawnd u kien hemm persuna partikolari li ma tantx jinsab f’kundizzjoni tajba. “Sabuh waħdu u rasu totalment faqawhielu. Apparti minn hekk hemm madwar 200 oħra mweġġgħin wara li dawn bdew jagħtu b’oġġetti f’idejhom”, kompla biex jgħid filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li ħasbu fih wara dak l-inċident.

Ekonomija

Sport