Thursday, October 23, 2025

‘Iċ-Champion ta’ Malta’ f’fażi kruċjali

Aqra wkoll

Tmien plejers għaddew għall-kwarti tal-finali taċ-Champion ta’ Malta, wieħed mill-aktar avvenimenti mistennija organizzat mill-Malta Blackball Federation.

Fil-fatt, Glenn Axiaq, Gary Carr, Stephen Mangion, Clint Azzopardi, Clayton Castaldi, Conrad Catania, Miguel Amato u Johan Attard għamluha għal mal-aħħar tmienja tal-kompetizzjoni wara r-rebħiet li kisbu lbieraħ.

Iċ-champion renjanti Johan Attard għeleb lil Kerstin Vella 7-2 f’logħba li kkontrolla sa mill-bidu. Mill-banda l-oħra, Miguel Amato u Clint Azzopardi kisbu rebħiet identiċi ta’ 7-3 konra Mevrick Zammit u Wayne Pace rispettivament.

Kien hemm dominju assolut minn Stephen Mangion li għeleb lil Antoine Schembri 7-0 filwaqt li f’logħbiet ferm inċerti u bilanċjati sal-aħħar, Conrad Catania għeleb lil Miguel Mizzi 7-5, l-istess skor li bih Glenn Axiaq għeleb lil Dielyn Edwards.

Finalment Gary Carr xejn ma sabha faċli sabiex rebaħ lil Lee Grima 7-6.

Sadanittant illum jintlagħbu l-kwarti tal-finali taċ-Champion ta’ Malta b’dan il-programm:

7:30pm

Glenn Axiaq vs Clayton Castaldi

Gary Carr vs Conrad Catania

8:15pm

Stephen Mangion vs Miguel Amato

Clint Azzopardi vs Johan Attard

Il-finali hi skedata li tintlagħab nhar it-Tlieta 20 t’Ottubru fit-8.30pm.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport