Wednesday, April 8, 2026

Iċ-champions Għaxaq Boċċi Club jibdew b’rebħa

Aqra wkoll

Iċ-champions tal-Ewwel Diviżjoni tal-Boċċi Għaxaq bdew id-difiża tat-titlu li rebħu fl-istaġun li għadda b’rebħa ta’ 21-16 kontra Lija. Ma kinitx logħba faċli għall-Għaxqin hekk kif Lija dejjem baqgħu fil-logħba għalkemm il-preċiżjoni tat-tim rebbieħ kienet notevoli.

Anke Żebbuġ rebħu bl-istess skor lil San Ġwann filwaqt li ċ-champions tas-sena 2024 St Peter’s Żabbar għelbu lil Msida 21-14.

F’aktar riżultati, Santa Venera rebħu 21-15 kontra Buġibba filwaqt li Birkirkara kienu aħjar minn Żurrieq hekk kif rebħu 21-10. finalment Żejtun rebħu 21-12 kontra Qormi San Bastjan.

Sadanittant illum jingħata bidu għall-kampjonat tat-tieni u t-tielet diviżjoni b’dawn il-logħbiet:

It-Tieni Diviżjoni

Marsamxetto – Thalassalejn

Mosta – Qormi San Ġorġ

Birżebbuġia – Ħamrun

Floriana – Senglea

Santa Lucija – Żabbar

It-Tielet Diviżjoni

Marsaskala – Paola Wolves

Kirkop – Fgura

Bormla – Luqa

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport