Friday, November 21, 2025

Iċ-champions Gżira United megħluba minn MFPA

Aqra wkoll

Iċ-champions Gżira United ġew megħluba minn MFPA 6-3 fl-ewwel ġurnata tal-Veterans Malta FA Premier League.

Kienet logħba ferm bilanċjata fejn minkejja li MFPA kienu minn fuq, dejjem sabu lil Maroons jirrispondu għalkemm lejn l-aħħar kellhom iċedu l-armi.

Il-Malta Football Players Association kellhom lil Jonathan Bondin awtur ta’ tliet gowls filwaqt li Julian Galea, Stephen Wellman u Manuel Sevasta komplew iżidu l-iskor għat-tim tagħhom.

Gżira United sabu x-xibka permezz ta’ tripletta ta’ Kevin Sammut.

Referee kien Lorry Sammut.

F’logħba ferm spettakolari, Hibernians bdew bl-aqwa mod possibbli l-istaġun tagħhom hekk kif għelbu lil Floriana 6-5.

Kienet logħba fejn id-difiżi rispettivi xejn ma kienu attenti għalkemm fl-aħħar mill-aħħar kienu Hibernians li ħadu t-tliet punti importanti.

Johnny Camilleri skorja doppjetta għall-Pawlisti filwaqt li Daniel Fodermayer, Glanville Goodlip, Steven Bonnici u Clayton Micallef aċċertaw ir-rebħa għat-tim tagħhom.

Il-Greens kellhom lil Manolito Micallef li waħdu skorja erba’ gowls b’Dylan Grima li żied ieħor.

Referee kien Jonathan Balzan.

Luxol St Andrew’s għelbu lil Rabat Veterans 2-1.

Glenn Bonello u Tyron Borg kienu l-awturi tal-gowls għat-tim minn St Andrew’s filwaqt li Robert Perkins naqqas il-marġni tal-iskor għar-Rabtin.

Referee kien Jonathan Balzan.

Żurrieq Wolves kisbu rebħa ta’ 3-2 kontra Birkirkara St Helen’s sabiex fetħu bil-kbir il-kampjonat tagħhom.

John Clarence Conger Thompson wettaq doppjetta personali filwaqt li Bjorn Bondin żied ieħor għall-Wolves.

Ayrton Duncan u Federico Tejada Marine skorjaw il-gowls għal Birkirkara.

Referee kien Lorry Sammut.

KLASSIFIKA – VETERANS MALTA FA PREMIER LEAGUE

MFPA, Żurrieq Wolves, Hibernians, Luxol 3, Gżira United, Birkirkara St Helen’s, Floriana, Rabat 0

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport