Tuesday, September 24, 2024

Iċ-Chief Executive Officer tal-FSWS maħtur Membru fuq il-Board of Trustees tal-ESN

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali Alfred Grixti nħatar membru fuq il-Board of Trustees tal-European Social Network (ESN). Din hija l-ewwel darba mindu twaqqaf l-ESN, li persuna Maltija qed tokkupa dan il-post daqstant prestiġġjuż.

Il-Board of Trustees isegwi l-ħidma tat-tim eżekuttiv tal-ESN u huwa maħtur għal tliet snin. In-nomina tas-Sur Grixti u s-seba’ membri l-oħra tal-Board of Trustees kienet konfermata waqt laqgħa tal-Governing Council tal-ESN li saret It-Tnejn filgħodu. L-ESN hija għadqa mhux governattiva li tirrappreżenta aġenziji tal-ħarsien soċjali f’35 pajjjiż madwar l-Ewropa u tiġbor fi ħdanha 140 minn dawn l-aġenziji.

F’kumment li għamel wara l-ħatra tiegħu, s-Sur Grixti qal li din hija kisba importanti ħafna kemm għall-Fondazzjoni u kemm għal Malta. Tenna li fi żmien ta’ sfidi, s servizzi soċjali huma l-unika soluzzjoni għal bosta persuni vulnerabbli fis-soċjetà. Qal ukoll li l-Fondazzjoni dejjem kellha rwol kruċjali fis-soċjetà u indirizzat l-isfidi tal-pandemija b’mod mill-aktar effettiv.

Is-Sur Grixti temm jgħid li permezz ta’ din il-ħatra se jaħdem id f’id mal-membri kollha tal-Bord tal-ESN bil-għan li l-professjonisti jkomplu jtejbu l-ħiliet tagħhom għall-benefiċċju u fl-aħjar interess ta’ dawk kollha li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Fondazzjoni.

Sport